From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Għarbi Tuneżin , jew it-Tuneżin , jew il-lingwa Tuneżina (تونسي, Tounsi), huwa l-grupp ta' djaletti tal-Għarbi li jinfthemu bejniethom u jagħmlu parti mill-familja tad-djaletti tal-Magreb. Jitkellmuh madwar ħdax-il miljun ruħ fit-Tuneżija. Dan hu ġeneralment magħruf bl-isem ta' "Tounsi"[1], li tfisser "Tuneżin"[2] · [3], jew "Derja (دارجة)، Dierġa"[4] ("lingwaġġ tat-taħdit"), biex issir distinzjoni bejn l-Għarbi standard, il-lingwa uffiċjali tal-pajjiż.
Jixbah id-djaletti l-oħra tal-Afrika ta' Fuq, bħall-Marokkin, l-Alġerin, il-Libjan u sa ċertu punt il-Malti, għandu sottostrat Berbru[5], Puniku[6] u Latinu[7]. Barra minn hekk, it-Tuneżin għandu komponent sinifikanti li ġej mill-lingwi Rumanzi tal-popli li għexu jew amministraw dan ir-reġjun matul iż-żminijiet: it-Taljan, l-Ispanjol u l-Franċiż, u hemm ukoll influwenza Torka.[8][9]
It-Tuneżin, li jitkellmuh fit-Tuneżija kollha, jappartjeni għall-continuum djalettali tal-varjetajiet tal-Għarbi li jitkellmu fil-lvant tal-Alġerija u fil-punent tal-Libja. Il-morfoloġija, sintassi, pronunzja u l-vokabularju tat-Tuneżin huma differenti ħafna minn dawk tal-Għarbi standard[1]: għalhekk, huwa rari li jinftiehem minn dawk li jitkellmu l-Għarbi tal-Lvant Nofsani, inklużi l-Eġizzjani; filwaqt li jinftiehem faċilment minn dawk li jitkellmu l-Għarbi tal-Magreb, għalkemm dawn ikollhom jagħmlu sforz biex jadattaw ruħhom għal differenzi qawwija, speċjalment fil-prosodija. Huwa wkoll qrib il-Malti[10]; li, madankollu, ġeneralment ma jitqiesx bħala djalett tal-Għarbi, għal raġunijiet storiċi, soċjolingwistiċi, u l-influwenzi aktar qawwija eżerċitati fuqu mit-Taljan u d-djalett Sqalli, fir-rigward tal-vokabularju, l-alfabett, is-simplifikazzjoni fonoloġika u l-morfoloġija tan-nomi (iżda mhux tal-verbi) ta' nisel neolatin.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.