![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/8/84/Flag_of_Latvia.svg/langmt-640px-Flag_of_Latvia.svg.png&w=640&q=50)
Latvja fil-Festival tal-Eurovision
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Latvja pparteċipat fil-Festival tal-Eurovision għaxar darbiet, fejn iddebuttaw fil-Festival tal-Eurovision 2000 permezz tal-grupp Brainstorm li spiċċa fit-tielet post b'"My Star". Għall-ewwel togħma ta' suċċess, il-Latvja ma tantx kellha ddum hekk kif sentejn wara, fl-2002, Marie N bil-kanzunetta "I Wanna" ħarġet rebbieħa fuq il-favorita Malta b'distakk ta' 12-il punt, fejn rċiviet 176 punt. Minħabba din ir-rebħa, l-edizzjoni tal-2003 saret fil-kapitali tal-Latvja, Riga.
Latvja | |
---|---|
![]() | |
Stazzjon membru | LTV |
Selezzjoni nazzjonali | Eirodziesma |
Parteċipazzjoni | |
Dehriet | {{{dehriet}}} |
L-ewwel dehra | 2000 |
L-aqwa riżultat | 1 (2002) |
L-agħar riżultat | 19 (l-aħħar) SF (2009) |
Ħoloq esterni | |
[{{{paġna_EBU}}} Paġna fuq Eurovision.tv] |
Il-Latvijas Televīzija (LTV), ix-xandar uffiċjali ta' dan il-konkors għal-Latvja, għall-bidu kienu qed jippjanaw li jirtiraw għall-ewwel darba mill-edizzjoni tal-2009, wara li l-gvern Latvjan impona tnaqqis fil-baġit fuq ix-xandar li waqqafhom milli jħallsu l-miżata għall-parteċipazzjoni. Minkejja dan, il-Latvja ddeċidiet li tikkompeti u l-EBU ikkonfermat dan.[1]