Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 huwa perjodu ta' logħob bejn l-2010 u l-2011 sabiex jiġi deċiż il-parteċipanti tal-Kampjonati Ewropej 2012, li se ssir fil-Polonja u l-Ukrajna. It-tlugħ tal-poloz saru fis-7 ta' Frar, 2010, fil-Palazz tal-Kultura u Xjenza tal-Varsavja, bil-partiti mistennija li jintlagħbu bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.[1]
Artiklu prinċipali: Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012.
Hemm total ta' disa' gruppi, sitta minnhom b'sitt timijiet u t-tlieta l-oħra b'ħamsa. Fi tmiem il-fażi ta' kwalifikazzjoni, it-tim li jispiċċa fl-ewwel post ta' kull grupp jieħu post awtomatiku fil-fażi finali. L-aqwa tim li jispiċċa fit-tieni post jingħata post dirett fil-kompetizzjoni, u t-tmien timijiet l-oħra li jkunu temmew dan il-proċess fit-tieni post jaffrontaw lil xulxin fi play-off ibbażata fuq żewġ logħbiet, sakemm joħorġu l-erba' timijiet l-oħra.