Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, magħrufin sempliċement bħala Euro 2012, kienu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA. Il-fażi finali tat-turnew saret ġewwa l-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2012.
(PL) Mistrzostwa Europy w Piłce Nożnej 2012 (UK) Чемпіонат Європи з футболу 2012 | |
---|---|
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti |
Polonja Ukrajna |
Dati | 8 ta' Ġunju – 1 ta' Lulju |
Parteċipanti | 16 (minn konfederazzjoni waħda) |
Grawnds | 8 (f'8 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Spanja (it-3 titlu) |
It-Tieni post | Italja |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 31 |
Gowls skorjati | 76 (2.45 kull logħba) |
Attendenza | 1,440,896 (46,481 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Fernando Torres (3) |
← 2008 2016 → |
Din kienet l-aħħar darba li l-fażi finali rat il-parteċipazzjoni ta' 16-il pajjiż, fejn għall-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parteċipanti jiġi estiż għal 24. Il-fażi ta' kwalifikazzjoni saret bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.
Fil-finali li saret ġewwa l-Olympic Stadium ta' Kjiv (l-Ukrajna), Spanja rebħu l-kompetizzjoni bl-iskor ta' 4–0 kontra l-Italja. B'din ir-rebħa Spanja saru l-ewwel tim li rebħu żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tal-Euro, u l-ewwel tim nazzjonali Ewropew li rebaħ tliet titli internazzjonali infila, li jinkludu l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2010. Minħabba li Spanja kienu diġà ggwadanjaw l-aċċess għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 wara t-trijonf fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja ikkwalifikat.