Kuba
stat sovran fil-Karibew / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Kuba, uffiċjalment ir-Repubblika tal-Kuba (Spanjol: República de Cuba ,pronunzja: [reˈpuβlika ðe ˈkuβa] ), huwa pajjiż fil-Karibew. In-nazzjon tal-Kuba jikkonsisti fil-gżira prinċipali ta' Kuba, il-Gżira taż-Żgħożija, u diversi arċipelagi oħrajn.
Repubblika tal-Kuba República de Cuba |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: La Bayamesa [1] |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Ħavana 23°8′N 82°23′W | |||||
Lingwi uffiċjali | Spanjol | |||||
Gvern | Marxist–Leninist stat partit-wieħed | |||||
- | President tal- Kunsill tal-Istat |
Miguel Díaz-Canel | ||||
- | L-Ewwel Viċi President | Salvador Valdés Mesa | ||||
- | L-Ewwel Segretarju tal-Partit Komunista | Raúl Castro | ||||
- | President tal- Assemblea Nazzjonali |
Esteban Lazo Hernández | ||||
Indipendenza minn Spanja u mill-Istati Uniti | ||||||
- | Gwerra ta' Għaxar Snin | 1868 – 1878 | ||||
- | Repubblika ddikjarata | 20 ta' Mejju, 1902 | ||||
- | Rivoluzzjoni Kubana | 1 ta' Jannar, 1959 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 109,884 km2 (105) 42,426 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli[2] | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2012 | 11,163,934[3] | ||||
- | Densità | 102/km2 (106) 264.0/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $121 biljun (66) | ||||
- | Per capita | $10,200 (91) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $68.715 biljun (63) | ||||
- | Per capita | $6,106 (88) | ||||
IŻU (2012) | 0.773[4] (għoli) (62) | |||||
Valuta | Peso tal-Kuba Peso konvertibbli tal-Kuba ( CUC ) |
|||||
Żona tal-ħin | CST (UTC-5) | |||||
Kodiċi telefoniku | +53 | |||||
TLD tal-internet | .cu |
Ħavana hija l-akbar belt u l-kapitali ta' dan il-pajjiż. San Ġakbu ta' Kuba hija t-tieni l-ikbar belt.[5][6]
In-nies, il-kultura, u d-drawwiet ta' dan il-pajjiż huma diversifikati u jieħdu minn diversi sorsi, fosthom, l-Aboriġini Taíno u Ciboney, iż-żmien taħt il-ħakma Spanjola, l-introduzzjoni tal-iskjavitu fil-kolonji Spanjoli u l-fatt li hi viċin tal-Istati Uniti tal-Amerika.
Kuba hija pajjiż b'popolazzjoni ta' iktar minn 11-il miljun ruħ, f'medda ta' 114,524 km kwadru (mitt ruħ kull km kwadru), fil-Baħar tal-Karibew, 145 km 'il bogħod mill-belt Amerikana ta' Florida. Tikkonsisti f'Kuba, l-ikbar gżira tal-West Indies, u ħafna gżejjer żgħar oħra. L-ibliet prinċipali huma Ħavana (il-kapitali), Camaguey, Santiago de Cuba, u Guantanamo. Il-klima hija waħda tropikali. Il-kafe`, ross, qamħ, frott taċ-ċitru u t-tabakk huma l-prodotti li jitkabbru; in-nickel huwa r-riżors minerali ta' Kuba; u teżisti wkoll l-industrija tas-sajd. Iżda minkejja t-tentattivi kollha biex tiġi diversifika, l-ekonomija ta' Kuba għadha tiddependi mill-produzzjoni taz-zokkor. Il-poplu Kuban huwa ta' dixxindenza Spanjola, Afrikana, u taħlita ta' Spanjol-Afrikana u l-lingwa tiegħu hi l-Ispanjol. Ir-reliġjon Kattolika naqset minn iktar minn 70 fil-mija għal madwar 40 fil-mija tal-popolazzjoni mill-1957. Numru kbir ta' Kubani huma animisti, tal-kult magħruf bħala santeria, kult li ġabuh magħhom l-iskjavi Afrikani. Ħafna Kubani jqisu lilhom infushom atei jew nonreliġjużi. Il-gvern huwa reġim ta' partit wieħed, dak Marxista, iddominat mill-fundatur tiegħu, Fidel Castro.
Kuba mill-1903 taqsam fruntiera mal-Istati Uniti ta 'total: 28.5 km mill-Bażi Navali tal-Istati Uniti fil-Bajja ta' Guantanamo 28.5 km, nota: Il-Bażi Navali ta 'Guantanamo hija mikrija mill-Stati Uniti u tibqa' parti minn Kuba
Ħafna mill-ekonomija tiddependi fuq ir-rimessi.