Knisja ta' Santa Marija tal-Grazzji (Milan)
knisja u kunvent Dumnikan f’Milan, l-Italja magħrufa l-iktar għall-affresk tal-Aħħar Ċena ta’ Leonardo da Vinci / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Knisja ta' Santa Marija tal-Grazzji, Milan, l-Italja, hija bażilika u santwarju tal-Ordni tad-Dumnikani fil-parroċċa ta' San Vittore al Corpo. L-arkitettura tat-tribuna, li nbniet bejn l-1492 u l-1493 skont ir-rieda tad-Duka ta' Milan Ludovico il Moro li xtaq mawżolew għall-familja tiegħu, hija waħda mill-aqwa binjiet tar-Rinaxximent fit-Tramuntana tal-Italja.
Il-knisja, flimkien mal-affresk tal-Aħħar Ċena ta' Leonardo da Vinci li jinsab fir-refettorju tal-kunvent, kienet it-tieni sit li ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[1] wara l-inċiżjonijiet fil-blat ta' Valcamonica.[2]