From Wikipedia, the free encyclopedia
John van den Brom (twieled fl-4 ta' Ottubru 1966) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Olandiż.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Joseph Anthonius van den Brom | ||
Twelid | 4 ta' Ottubru 1966 Amersfoort, Netherlands | ||
Tul | 1.91 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Genk (kowċ) | ||
Mixtliet | |||
APWC | |||
AFC Quick 1890 | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1986–1993 | Vitesse | ||
1993–1995 | Ajax | ||
1995–1996 | İstanbulspor | ||
1996–2001 | Vitesse | ||
2002–2003 | De Graafschap | ||
Tim nazzjonali | |||
1990–1993 | Netherlands | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2003–2004 | Bennekom | ||
2004–2007 | Jong Ajax | ||
2007–2010 | AGOVV | ||
2010–2011 | ADO Den Haag | ||
2011–2012 | Vitesse | ||
2012–2014 | Anderlecht | ||
2014–2019 | AZ | ||
2019–2020 | Utrecht | ||
2020– | Genk |
Van den Brom beda l-karriera tiegħu mad-dilettanti APWC ġewwa Amersfoort qabel ma ffirma bħala plejer professjonali ma' Vitesse fl-1986. Wara seba' staġuni ma' Vitesse, fejn lagħab 225 logħba u skorja 80 gowl, ingħaqad mal-ġganti Olandiżi ta' Ajax fejn lagħab għal żewġ staġuni. Fl-1995, issieħeb mat-tim Tork ta' Istanbulspor.[1] Huwa rritorna lura ma' Vitesse wara staġun wieħed, u qatta' ħames staġuni oħra magħhom qabel ma ffirma ma' De Graafschap għall-istaġun finali tiegħu sabiex irtira mil-logħba fl-2003.
Van den Brom għamel żewġ dehriet mat-tim nazzjonali Olandiż, li kienu jinkludu r-rebħa ta' 8–0 kontra Malta u r-rebħa ta' 6-0 kontra San Marino, fejn skorja gowl kontra dawn tal-aħħar.
L-ewwel rwol tiegħu wara l-irtirar kien bħala kowċ tat-tim tad-dilettanti ta' Bennekom, qabel ma' sar kowċ tat-tim tar-riservi ta' Ajax fid-29 ta' April 2004. Mill-2007 sal-2010 serva bħala kowċ tal-klabb żgħir tal-Eerste Divisie AGOVV Apeldoorn u rnexxielu jirbaħ post fil-playoffs għall-promozzjoni fl-aħħar staġun tiegħu fil-kariga. F'Mejju tal-2010 ġie maħtur kowċ ta' ADO Den Haag,[2] li magħhom huwa kwalifika għall-Europa League 2011–12. F'Ġunju 2011, Van den Brom kien imsemmi bħala kowċ tal-klabb qadim tiegħu Vitesse, u għal darb'oħra rnexxielu jikkwalifika għall-Europa League.
Fid-29 ta' Mejju 2012 iffirma kuntratt bħala kowċ tat-tim Belġjan ta' Anderlecht.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.