![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/39/GodfreyKneller-IsaacNewton-1689.jpg/640px-GodfreyKneller-IsaacNewton-1689.jpg&w=640&q=50)
Isaac Newton
From Wikipedia, the free encyclopedia
Sir Isaac Newton (Woolsthorpe-by-Colsterworth, 4 ta' Jannar 1643 – Londra, 31 ta' Marzu 1727)[1] kien matematiku, fiżiku, astronomu u filosfu Ingliż. Figura emblematika fix-xjenzi, Newton hu l-aktar magħruf għat-teorija tal-gravità universali, u l-ħolqien u l-iżvilupp tal-kalkulu infiniteżmali li skopra kontemporanjament ma' Leibniz.
Isaac Newton | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() Sir Isaac Newton ta' 46 sena | |||||||||||||
1703 - 1727 ← John Somers, 1st Baron Somers (en) ![]() ![]()
Diċembru 1701 - 1702 District: Cambridge University (en) ![]()
Jannar 1700 - 31 Marzu 1727
1696 - Jannar 1700
1689 - 1690 District: Università ta' Cambridge
1669 - 1702 | |||||||||||||
Ħajja | |||||||||||||
Twelid |
Woolsthorpe Manor (en) ![]() ![]() | ||||||||||||
Nazzjonalità |
Renju tal-Ingilterra Gran Brittanja | ||||||||||||
Residenza | Ingilterra | ||||||||||||
Grupp etniku | L-Ingliżi | ||||||||||||
Mewt | Kensington, 20 Marzu 1727 (Julian) | ||||||||||||
Post tad-dfin | Abbazija ta’ Westminster | ||||||||||||
Familja | |||||||||||||
Missier | Isaac Newton Sr. | ||||||||||||
Omm | Hannah Ayscough | ||||||||||||
Familja |
uri
| ||||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||||
Alma mater |
Università ta' Cambridge The King's School, Grantham (en) ![]() (1655 - 1659) Trinity College (Ġunju 1661 - Awwissu 1665) Baċellerat tal-Arti Trinity College (April 1667 - 1668) Masters tal-Arti | ||||||||||||
Direttur tat-teżi | no value | ||||||||||||
Lingwi |
Latin Ingliż | ||||||||||||
Għalliema |
Isaac Barrow (en) ![]() Benjamin Pulleyn (en) ![]() | ||||||||||||
Studenti | |||||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||||
Okkupazzjoni |
matematiku filosofu fiżiku astronomu teologu inventur alkimist politiku bniedem universali għalliem fl-università kittieb ta' saġġistika fiżiku teoretiku kimiku teologu astrologu kittieb mintmaster (en) ![]() xjenzat executive (en) ![]() | ||||||||||||
Post tax-xogħol |
Cambridge Londra | ||||||||||||
Impjegaturi | Università ta' Cambridge | ||||||||||||
Xogħlijiet importanti |
Philosophiæ Naturalis Principia Mathematica (en) ![]() Method of Fluxions (en) ![]() Opticks, or a Treatise of the Reflections, Refractions, Inflections and Colours of Light (en) ![]() | ||||||||||||
Premjijiet | |||||||||||||
Influwenzat minn | René Descartes | ||||||||||||
Sħubija | Soċjetà Rjali |
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/9/92/Isaac_Newton_signature.svg/320px-Isaac_Newton_signature.svg.png)
Fl-ottika, żviluppa teorija tal-kulur ibbażata fuq l-osservazzjoni li priżma jaqsam id-dawl abjad fl-ispettru viżibbli. Ivvinta wkoll it-teleskopju riflettur magħmul minn mera konkava, imsejjaħ it-teleskopju ta' Newton. Fil-mekkanika, stabbilixxa t-tliet liġijiet universali tal-moviment li huma l-prinċipji li fuqhom hi msejsa t-teorija tiegħu għall-moviment tal-korpi, teorija li daż-żmien tissejjaħ il-Mekkanika klassika.
Fil-matematika, Newton qasam ma' Gottfried Wilhelm Leibniz l-iskoperta tal-kalkulu infiniteżmali. Hu magħruf ukoll għall-ġeneralizazzjoni tal-teorema binomjali u l-invenzjoni ta' dak li hu msejjaħ il-metodu ta' Newton li jippermettilna nsibu xi approssimazzjonijiet għaż-żero (jew radiċi) ta' funzjoni ta' varjabbli waħda reali b'valuri reali. Newton wera li l-moviment tal-oġgetti fuq l-art u l-korpi ċelesti huma mmexxija mill-istess liġijiet naturali; u bl-għajnuna tal-liġijiet ta' Kepler fuq il-moviment tal-pjaneti,[2] żviluppa l-gravità universali.
Il-ktieb tiegħu f'żewġ volumi, Philosophiæ Naturalis Principia Mathematica, hu meqjus bħala wieħed mix-xogħlijiet il-kbar fl-istorja tax-xjenza. Fih hu ddeskriva l-gravità universali, ifformula t-tliet liġijiet tal-moviment u lesta l-bażi tal-mekkanika klassika. Għamel ukoll xi tiftix fl-oqsma tat-teoloġija, il-filosofija u l-alkimija.