From Wikipedia, the free encyclopedia
Grupp Ċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp kien bejn l-10 ta' Ġunju 2006 u l-21 ta' Ġunju. L-Arġentina rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni rawnd, flimkien mal-Olanda. Iż-żewġ timijiet spiċċaw bl-istess punti, però l-Arġentina kisbu l-ewwel post minħabba differenza ta' gowls aħjar. Il-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro naqsu li javanzaw.
Arġentina |
Kosta tal-Avorju |
Netherlands |
Serbja u Montenegro |
---|---|---|---|
Kwalifikat | Kwalifikat |
Wara l-poloz li saru f'Leipzig, Grupp Ċ ġie deskritt bħala l-grupp tal-mewt. Dan kien jikonsisti mill-Arġentina (rebbieħa ta' dan il-kampjonat darbtejn, fl-1978 u fl-1986), l-Olanda (finalista tal-kampjonat darbtejn u qabel din l-edizzjoni kienet ukoll fit-tielet post tar-rankings mondjali tal-FIFA), il-Kosta tal-Avorju (finalista telliefa tat-Tazza Afrikana 2006 u kkunsidrata bħala waħda mill-aqwa timijiet tal-Afrika), u s-Serbja u Montenegro (it-tim li kklassifika bħala t-tim bl-inqas numru ta' gowls li sofra, fejn irnexxielu jegħleb lil Spanja u lill-Belġju. Fatt kurjuż fuq il-parteċipazzjoni ta' dan l-aħħar tim, hu li mill-21 ta' Mejju ta' dik is-sena, il-Montenegro iċċelebra r-referendum favur l-indipendenza, u x-xolljiment tas-Serbja u Montenegro. Madankollu, it-tim baqa' xorta parti mill-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja u b'hekk sar l-ewwel tim fit-Tazza tad-Dinja li rrapreżenta pajjiż ineżistenti.
Minkejja li kien predett li se jkun hemm taqtigħa bejn l-erba' timijiet, it-titlu mogħti lil dan il-grupp bħala l-grupp tal-mewt ma tantx baqa' jiswa, eżattament wara l-ewwel partiti. L-Arġentina rebħet 2–1 lill-Kosta tal-Avorju, wara li ddominat parti kbira tal-logħba, minkejja li lejn l-aħħar Didier Drogba kien naqqas id-distakk u b'hekk ikkrea iktar pressjoni. Min-naħa l-oħra, l-Olanda rebħet bi skor żgħir ta' 1–0 lis-Serbja u Montenegro.
Fit-tieni sett ta' partiti, l-Olanda rebħet 2–1 lill-Kosta tal-Avorju waqt li l-Arġentina wettqet prestazzjoni eċċellenti biex irnexxielha tegħleb lis-selezzjoni Baltika 6–0 u b'hekk kienu saru favoriti li jiksbu dan it-titlu mondjali. Din ir-rebħa ġiet grazzi għad-doppjetta ta' Maxi Rodríguez, u l-gowls l-oħra minn Esteban Cambiasso, Hernán Crespo, Carlos Tévez u Lionel Messi. It-tieni gowl, li kien skurjat minn Cambiasso, hu kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa gowls fl-istorja tal-kampjonat, wara li dan il-gowl sar minn 24 passaġġ bejn il-plejers Arġentini. Wara dawn iż-żewġ partiti, l-Arġentina u l-Oland kienu kkwalifikaw għar-rawnd suċċessiv, waqt li l-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro sfaw eliminati.
Fl-aħħar partiti tar-rawnd, it-timijiet lagħbu bl-iskop tal-pożizzjoni fil-grupp. L-Arġentina u l-Olanda affaċċjaw lil xulxin biex jiġi deċiż ir-rebbieħ ta' Grupp Ċ, f'waħda mill-aktar partiti mistennija f'din il-fażi. Minkejja li l-plejers importanti ġew imserrħa minn din il-partita, xorta waħda provdiet emozzjonijiet. Madanakollu, iż-żewġ timijiet ma kisbux aktar minn pari ta' mingħajr gowls. Fl-aħħar partita, Nikola Žigić skorja l-ewwel gowl fl-istorja tas-Serbja u Montenegro fit-Tazza tad-Dinja, u sussegwentament Saša Ilić ta vantaġġ doppju. Minkejja ż-żewġ gowls vantaġġ, it-tim Afrikan irnexxielu jagħmel rimonta u permezz ta' penalty fis-86 minuta minn Bonaventure Kalou huma rebħu 3–2. B'hekk is-Serbja u Montenegro spiċċaw l-istorja tagħhom b'telfa u mingħajr ma jiksbu punt matul il-kampjonat.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Arġentina | 3 | 2 | 1 | 0 | 8 | 1 | +7 | 7 |
Netherlands | 3 | 2 | 1 | 0 | 3 | 1 | +2 | 7 |
Kosta tal-Avorju | 3 | 1 | 0 | 2 | 5 | 6 | −1 | 3 |
Serbja u Montenegro | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 10 | −8 | 0 |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
11 ta' Ġunju 2006 15:00 |
Serbja u Montenegro | 0 – 1 | Netherlands | Zentralstadion, Leipzig Attendenza: 37,216 Referi: Markus Merk (Ġermanja) |
---|---|---|---|---|
Rapport | Robben 18' |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
16 ta' Ġunju 2006 15:00 |
Arġentina | 6 – 0 | Serbja u Montenegro | FIFA WM Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen Attendenza: 52,000 Referi: Roberto Rosetti (Italja) |
---|---|---|---|---|
Rodríguez 6' 41' Cambiasso 31' Crespo 78' Tévez 84' Messi 88' |
Rapport |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
|
|
Plejer tal-Partita:
|
|
|
Plejer tal-Partita:
|
21 ta' Ġunju 2006 21:00 |
Kosta tal-Avorju | 3 – 2 | Serbja u Montenegro | FIFA WM Stadion München, Munich Attendenza: 66,000 Referi: Marco Rodríguez (Messiku) |
---|---|---|---|---|
Dindane 37' (pen) 67' Kalou 86' (pen) |
Rapport | Žigić 10' Ilić 20' |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.