![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/73/World_Cup_2006_Ghana_fan.jpg/640px-World_Cup_2006_Ghana_fan.jpg&w=640&q=50)
Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
From Wikipedia, the free encyclopedia
Grupp E tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn grupp ta' erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp kien bejn it-12 ta' Ġunju 2006 u t-22 ta' Ġunju. L-Italja rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni rawnd, flimkien mad-debuttanti tal-Gana. B'sorpriża, kienu r-Repubblika Ċeka u l-Istati Uniti li ġew eliminati mill-kompetizzjoni.
![]() Gana |
![]() Italja |
![]() Repubblika Ċeka |
![]() Stati Uniti |
---|---|---|---|
Kwalifikat | Kwalifikat |
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/7/73/World_Cup_2006_Ghana_fan.jpg/640px-World_Cup_2006_Ghana_fan.jpg)
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/35/FIFA_World_Cup_2006_-_USA_vs_ITA.jpg/640px-FIFA_World_Cup_2006_-_USA_vs_ITA.jpg)
Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.
Wara t-tlugħ tal-poloz f'Leipzig, dan il-grupp flimkien ma' Grupp Ċ kien ikkunsidrat bħala l-grupp tal-mewt. Dan minħabba li kien hemm l-Italja (tliet darbiet rebbieħa ta' dan il-kampjonat), ir-Repubblika Ċeka u l-Istati Uniti (li kienu jinsabu fit-2 u fil-5 rispettivament fil-klassifika mondjali tal-FIFA), u l-Gana, li kien wieħed mill-aktar timijiet solidi Afrikani.
Wara l-ewwel sett ta' partiti, l-Ewropej ħarġu bħala r-rebbieħa u kkonfermaw li kienu l-favoriti. Iċ-Ċeki rebħu mingħajr problemi lill-Istati Uniti bl-iskor ta' 3–0 minkejja li sofrew in-nuqqas ta' Jan Koller waqt il-partita, wieħed mill-aktar plejers influwenti. Wara din il-partita, ir-Repubblika Ċeka ħarġu wkoll bħala kandidati għat-titlu minħabba l-livell għoli ta' logħob li wrew. Min-naħa l-oħra, l-Italja sofriet imma rnexxielha tirbaħ lis-selezzjoni Ganiża 2–0 wara li dawn tal-aħħar ikkumplikaw l-affarijiet għall-formazzjoni Taljana bil-passaġġi twal tagħhom.
Ġranet wara, il-Gana affaċċjat lis-saħħa tar-Repubblika Ċeka. B'sorpriża huma rebħu lill-Ewropej 2–0 b'gowls ta' Asamoah Gyan u Sulley Muntari, fejn b'hekk il-grupp infetaħ beraħ għal kwalunkwe kwalifikazzjoni. F'dik l-istess ġurnata, l-Italja laqgħet l-isfida tal-Istati Uniti, fejn din il-partita kellha tliet plejers imkeċċija wara daħliet brutali; fuq in-naħa tal-Italja kien hemm Daniele De Rossi u fuq dik Amerikana kien hemm Pablo Mastroeni u Eddie Pope. Finalment, permezz ta' awtogowl ta' Cristian Zaccardo, l-Amerikani kisbu pari ta' 1–1 fejn xorta baqgħu biċ-ċans li jikkwalifikaw.
Fl-aħħar ġurnata ta' logħob, dan il-grupp ikkonferma bil-fatti li kien il-grupp tal-mewt. L-erba' timijiet kellhom ċans li jikkwalifikaw u, barra l-Istati Uniti, kellhom ċans li jiksbu l-ewwel post tal-grupp u b'hekk jevitaw li jaffrontaw fil-kwarti tal-finali lill-Brażil, li kienu fl-ewwel post ta' Grupp F. Ir-Repubblika Ċeka bdew jiddominaw fil-bidu fil-partita kontra l-Italja, imma fl-ewwel attakk tat-Taljani fis-26 minuta, Marco Materazzi skorja l-ewwel gowl tal-Italja. Minkejja li marru minn taħt, iċ-Ċeki ma qatgħux qalbhom: Pavel Nedvěd u Tomáš Rosický ippruvaw biex jiksbu l-pari imma l-Italja rnexxielha iżżomm difiża soda. Qabel, fil-partita l-oħra, il-Gana kienu marru fil-vantaġġ permezz ta' Haminu Draman, però Clint Dempsey reġa' ġab ir-riżultat l-istess. Bir-riżultat ta' 1–1 fil-partita bejn il-Gana u l-Istati Uniti, iċ-Ċeki komplew jippressaw imma huma ma setgħewx jissuperaw il-linja difensiva tat-Taljani. Madanakollu, il-penalty skurjat minn Stephan Appiah għall-Gana kompla jikkomplika l-possibilitajiet tar-Repubblika Ċeka, li l-assiprazzjonijiet tagħhom li jikkwalifikaw ġew sfumati hekk kif Filippo Inzaghi issiġilla fis-87 minuta ir-riżultat finali ta' 2–0. Fl-aħħar ta' dawn is-sett ta' partiti, l-Italja u l-Gana kkwalifikaw, fejn dan tal-aħħar kien l-uniku tim mill-Afrikan li kompla fil-kompetizzjoni. Fl-istess waqt, iċ-Ċeki u l-Amerikani ġew eliminati, fejn dawn tal-aħħar kienu fost il-favoriti li jirritornaw lura lejn darhom.