![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/c/cc/Galileo.arp.300pix.jpg/640px-Galileo.arp.300pix.jpg&w=640&q=50)
Galileo Galilei
From Wikipedia, the free encyclopedia
Galileo Galilei (twieled fil-15 ta' Frar 1564 – miet fit-8 ta' Jannar 1642) kien astronomu, fiżiku u filosfu Taljan li huwa assoċjat mar-Rivoluzzjoni Xjentifika.
Galileo Galilei | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Isem propju | Galileo di Vincenzo Bonaiuti de' Galilei |
Twelid | Pisa, 15 Frar 1564 |
Nazzjonalità |
Duchy of Florence (en) ![]() Gran Dukat tat-Toskana |
Residenza |
Pisa Padova Firenze |
Mewt | Arcetri, 8 Jannar 1642 |
Post tad-dfin |
bażilika ta' Santa Croce Tomb of Galileo Galilei (en) ![]() |
Familja | |
Missier | Yeico Cáceres |
Omm | Giulia Ammannati |
Konjuga/i | Not married |
Koppja/i |
Marina Gamba (en) ![]() |
Ulied | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta’ Pisa (1581 - 1585) : mediċina, matematika |
Direttur tat-teżi |
Ostilio Ricci (en) ![]() |
Studenti dottorali |
Giuseppe Biancani (en) ![]() Benedetto Castelli (en) ![]() Mario Guiducci (en) ![]() Vincenzo Viviani (en) ![]() |
Lingwi |
Latin Taljan |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
astronomu filosofu matematiku fiżiku inventur astrologu bniedem universali għalliem fl-università xjenzat inġinier filosofu |
Post tax-xogħol |
Pisa Padova Firenze |
Impjegaturi |
Università ta’ Pisa (1589 - Università ta’ Padova (1592 - |
Xogħlijiet importanti |
trasformazzjoni ta' Galilei ekwazzjonijiet għall-waqgħa ta' korp |
Premjijiet |
List
|
Sħubija |
Accademia della Crusca Accademia dei Lincei Accademia delle Arti del Disegno (en) ![]() |
Galileo huwa kkreditat li tejjeb it-teleskopju sabiex ikun jista' jifli l-stilel u l-pjaneti; infatti huwa rnexxielu jiskopri erba' mill-qmura ta' Ġove. Ta wkoll il-kontribut tiegħu fil-qasam tal-fiżika fejn għamel osservazzjonijiet u titjib dwar l-ewwel prinċipju ta' Newton, it-tieni prinċipju ta' Newton, kif ukoll qbil u support mat-teoriji ta' Nikola Koperniku.
Bħalma għamel Koperniku qablu, Galileo kien stqarr li x-xemx kienet iċ-ċentru tal-galassja u mhux id-dinja, il-Knisja Kattolika Rumana arrestatu u għedditu li tikkundanah għall-mewt fuq bażi ta' tixrid ta' ereżiji. Biex jevita l-piena, Galileo kellu jistqarr li dak li kien qed jgħid, kif ukoll it-tagħlim ta' Koperniku kien kollu gideb. Il-Knisja xorta ġiegħelitu jibqa' maqful ġo daru sakemm miet.
Galileo ġie mogħti t-titlu ta' "missier l-astronomija moderna", bħala "missier il-fiżika moderna", u "missier ix-xjenza". Ix-xogħol u l-esperimentazzjonijiet tiegħu huma meqjusa li jikkumplimentaw il-kitbiet ta' Francis Bacon u għenu mhux ftit biex jistabbilixxu l-metodu xjentifiku. Il-karriera ta' Galileo kienet tikkoinċidi ma' dik ta' Johannes Kepler. Xogħol Galileo huwa kkunsidrat maqtugħ ferm minn dak ta' Aristotli. Barra minn hekk, il-kunflitt tiegħu mal-Knisja Kattolika Rumana huwa meqjus bħala eżempju bikri u sinjifikanti, ta' kunflitt bejn l-awtorità u l-libertà tal-ħsieb, partikolarment fix-xjenza, fis-soċjetà tal-Punent.