plejer u kowċ tal-futbol Ġermaniż (1945-2024) From Wikipedia, the free encyclopedia
Franz Anton Beckenbauer (pronunzja bil-Ġermaniż: [fʁants ˈʔantoːn ˈbɛkn̩ˌbaʊɐ]; twieled fil-11 ta' Settembru 1945 – miet fis-7 ta' Jannar 2024) kien plejer u kowċ professjonali tal-futbol. Imlaqqam "Der Kaiser" ("l-Imperatur"), Beckenbauer jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejers u kowċis tal-futbol fl-istorja.[1][2] Beckenbauer kien plejer versatili li beda l-karriera tiegħu bħala midfielder, iżda sar magħruf bħala difensur ċentrali. Spiss jiġi akkreditat li vvinta r-rwol modern tal-libero.[3] Huwa kiseb suċċess fil-livell tal-klabbs u fil-livell internazzjonali, u huwa wieħed mid-disa' plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA, it-Tazza tal-Kampjonat Ewropew, u l-Ballun tad-Deheb.[4]
Franz Beckenbauer | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Richard-Wagner-Straße 19 (München) (en) u Munich, 11 Settembru 1945 | ||
Nazzjonalità |
Ġermanja tal-Punent Ġermanja | ||
Mewt | Salzburg, 7 Jannar 2024 | ||
Post tad-dfin | Friedhof am Perlacher Forst (en) | ||
Familja | |||
Ulied | |||
Familja |
uri
| ||
Edukazzjoni | |||
Lingwi | Ġermaniż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
plejer tal-futbol kowċ professional athlete (en) functionary (en) coach (en) | ||
Mudell:Infobox biography/sport/football | |||
Parteċipant
| |||
Pożizzjoni jew speċjalità |
difensur libero midfilder | ||
Piż | 79 kg | ||
Tul | 181 cm | ||
Premjijiet |
List
| ||
Psewdonomu | Der Kaiser |
Beckenbauer ġie kklassifikat darbtejn bħala l-Plejer tas-Sena tal-Futbol Ewropew, u lagħab 103 darbiet għall-Ġermanja tal-Punent, u lagħab fi tliet Tazzi tad-Dinja u f'żewġ Kampjonati Ewropej. Huwa wieħed minn tliet irġiel, flimkien mal-Brażiljan Mário Zagallo u l-Franċiż Didier Deschamps, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer u bħala kowċ; huwa għolla t-Tazza tad-Dinja bħala kaptan tat-tim fl-1974, u reġa' għolla t-tazza bħala kowċ fl-1990. Huwa kien l-ewwel kaptan li għolla t-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Kampjonat Ewropew fil-livell internazzjonali u t-Tazza Ewropea fil-livell tal-klabbs. Huwa ssemma fit-Tim Dinji tas-Seklu 20 fl-1998, fit-Tim tal-Ħolm tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fl-2002, fit-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb fl-2020, u fl-2004 tniżżel fil-lista tal-FIFA tal-aqwa plejers ħajjin tal-futbol dinji.[5][6]
Fil-livell tal-klabbs mal-Bayern Munich, Beckenbauer rebaħ it-Tazza tat-Tazzi fl-1967 u tliet Tazzi Ewropej konsekuttivi mill-1974 sal-1976. Dawn l-aħħar rebħiet għamluh l-ewwel plejer li rebaħ tliet Tazzi Ewropej bħala kaptan tal-klabb tiegħu. Huwa sar kowċ u iktar 'il quddiem il-President ta' Bayern Munich. Wara żewġ perjodi man-New York Cosmos huwa ddaħħal fil-Klassifika tal-Iżjed Persuni Importanti tal-Futbol Nazzjonali tal-Istati Uniti.[7]
Beckenbauer mexxa l-isforz biex il-Ġermanja rnexxielha tospita t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2006 u kien il-President tal-kumitat organizzattiv. Huwa ħadem bħala kummentatur ma' Sky tal-Ġermanja, u għal 34 sena kien jikteb l-artikli għat-tabloid Bild, it-tnejn li huma sal-2016.[8] F'Awwissu 2016, tħabbar li Beckenbauer kien qed jiġi investigat għal frodi u ħasil tal-flus b'rabta mat-Tazza tad-Dinja tal-2006.[9] L-investigazzjoni ngħalqet mingħajr verdett fl-2020 għaliex il-kawża ġiet preskritta.[10]
Beckenbauer twieled wara t-Tieni Gwerra Dinjija fi Munich, u kien it-tieni iben ta' missieru, il-ħaddiem postali Franz Beckenbauer, u ta' ommu Antonie (kunjomha xebba Hupfauf). Huwa trabba fid-distrett tal-klassi tal-ħaddiema ta' Giesing, u minkejja ċ-ċiniżmu ta' missieru rigward il-logħba tal-futbol, huwa beda jilgħab il-futbol ta' disa' snin fit-tim taż-żgħar ta' SC Munich '06 fl-1954.
Oriġinarjament beda jilgħab bħala attakkant ċentrali, u l-idolu tiegħu kien ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1954 Fritz Walter u kien iżomm mat-tim lokali ta' 1860 Munich, li dak iż-żmien kien l-aqwa tim fil-belt, minkejja li ġew relegati mill-ewwel diviżjoni, l-Oberliga Süd, fis-snin 50 tas-seklu 20. "Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab magħhom", ikkonferma iktar 'il quddiem. Il-fatt li ngħaqad mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich fl-1959, minflok it-tim favorit tiegħu ta' 1860 Munich, kien ir-riżultat ta' tornew jaħraq taż-żgħar taħt l-14-il sena fir-raħal fil-qrib ta' Neubiberg. Beckenbauer u sħabu tat-tim tiegħu kienu jafu li l-klabb tagħhom ta' SC Munich '06 ma kellux il-finanzi biex jibqa' jkollu t-timijiet taż-żgħar, u kienu qablu li jingħaqdu mal-1860 Munich bħala grupp malli jintemm it-tornew. Id-destin ried li SC Munich u 1860 Munich jiltaqgħu proprju fil-finali u għadd ta' fawls matul il-logħba eventwalment wasslu għal konfront bejn Beckenbauer u l-midfielder ċentrali avversarju. Dan l-avveniment baqa' jberren f'moħħ Beckenbauer u sħabu anke wara l-logħba, u b'hekk iddeċidew li minflok jingħaqdu mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich.
Fl-1963, meta għalaq 18-il sena, Beckenbauer spiċċa f'kontroversja sħiħa meta ġie żvelat li t-tfajla tiegħu ta' dak iż-żmien kienet tqila u li hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jiżżewwiġha; huwa tkeċċa mit-tim taż-żgħar nazzjonali tal-Ġermanja tal-Punent mid-DFB u tħalla jerġa' jilgħab magħhom biss wara l-intervent tal-kowċ tat-tim nazzjonali Dettmar Cramer.
Beckenbauer iżżewweġ tliet darbiet u kellu ħamest itfal, wieħed minnhom, Stephan, kien plejer tal-futbol professjonali, li miet wara marda fit-tul fil-31 ta' Lulju 2015, meta kellu 46 sena. Iben Stephan, Luca, huwa plejer tal-futbol professjonali wkoll, u jilgħab ma' SV Wacker Burghausen fir-Regionalliga Bayern. Wara li deher f'riklami għal kumpanija kbira tat-telefonija mobbli, Beckenbauer talab speċifikament li jkollu n-numru 0176 / 666666 għall-mowbajl tiegħu. F'qasir żmien ċemplulu diversi rġiel li kienu ħasbu li kien numru tat-telefon erotiku (bil-Ġermaniż "6" tiġi ppronunzjata bħala "sechs", u għandha ħoss simili għall-kelma "sess").
Beckenbauer sar konslu onorarju tal-Kosovo fl-2011. Il-President Behgjet Pacolli qal li Beckenbauer kien se jippromwovi l-kampanja tal-Kosovo għal sħubija fil-UEFA u fil-FIFA.
Fl-2016 u fl-2017, Beckenbauer kellu żewġ operazzjonijiet kirurġiċi f'qalbu. Fl-2018 iddaħħlitlu wkoll għadma tal-ġenb artifiċjali.
Beckenbauer miet fis-7 ta' Jannar 2024, meta kellu 78 sena, minħabba kawżi naturali kif imħabbar mill-familja tiegħu f'nota mibgħuta lid-Deutsche Presse-Agentur.
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Diviżjoni | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | ||
Bayern Munich | 1963–64 | Regionalliga Süd | 0 | 0 | — | — | 6 | 2 | 6 | 2 | ||
1964–65 | Regionalliga Süd | 31 | 16 | — | — | 8 | 2 | 39 | 18 | |||
1965–66 | Bundesliga | 33 | 4 | 6 | 1 | — | — | 39 | 5 | |||
1966–67 | Bundesliga | 33 | 0 | 5 | 0 | 9 | 0 | — | 47 | 0 | ||
1967–68 | Bundesliga | 28 | 4 | 4 | 0 | 7 | 1 | — | 39 | 5 | ||
1968–69 | Bundesliga | 33 | 2 | 6 | 0 | — | — | 39 | 2 | |||
1969–70 | Bundesliga | 34 | 6 | 1 | 0 | 2 | 0 | — | 37 | 6 | ||
1970–71 | Bundesliga | 33 | 3 | 9 | 1 | 8 | 1 | — | 50 | 5 | ||
1971–72 | Bundesliga | 34 | 6 | 6 | 1 | 7 | 0 | — | 47 | 7 | ||
1972–73 | Bundesliga | 34 | 6 | 6 | 0 | 6 | 1 | 5 | 0 | 51 | 7 | |
1973–74 | Bundesliga | 34 | 4 | 4 | 0 | 10 | 1 | — | 48 | 5 | ||
1974–75 | Bundesliga | 33 | 1 | 3 | 0 | 7 | 1 | — | 43 | 2 | ||
1975–76 | Bundesliga | 34 | 5 | 7 | 2 | 9 | 0 | 2 | 0 | 52 | 7 | |
1976–77 | Bundesliga | 33 | 3 | 4 | 0 | 6 | 1 | 4 | 0 | 47 | 4 | |
Total | 427 | 60 | 61 | 5 | 71 | 6 | 25 | 4 | 584 | 75 | ||
New York Cosmos | 1977 | NASL | 15 | 4 | — | — | 6 | 1 | 21 | 5 | ||
1978 | NASL | 27 | 8 | — | — | 6 | 2 | 33 | 10 | |||
1979 | NASL | 12 | 1 | — | — | 6 | 0 | 18 | 1 | |||
1980 | NASL | 26 | 4 | — | — | 7 | 1 | 33 | 5 | |||
Total | 80 | 17 | — | — | 25 | 4 | 105 | 21 | ||||
Hamburger SV | 1980–81 | Bundesliga | 18 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | — | 20 | 0 | |
1981–82 | Bundesliga | 10 | 0 | 3 | 0 | 5 | 0 | — | 18 | 0 | ||
Total | 28 | 0 | 5 | 0 | 5 | 0 | — | 38 | 0 | |||
New York Cosmos | 1983 | NASL | 25 | 2 | — | — | 2 | 0 | 27 | 2 | ||
Total man-NY Cosmos | 105 | 19 | — | — | 27 | 4 | 132 | 23 | ||||
Total tal-karriera | 560 | 79 | 66 | 5 | 76 | 6 | 52 | 8 | 754 |
Tim nazzjonali | Sena | Logħbiet | Gowls |
---|---|---|---|
Ġermanja | 1965 | 3 | 0 |
1966 | 12 | 7 | |
1967 | 5 | 0 | |
1968 | 9 | 1 | |
1969 | 6 | 0 | |
1970 | 12 | 2 | |
1971 | 9 | 2 | |
1972 | 7 | 0 | |
1973 | 10 | 1 | |
1974 | 15 | 0 | |
1975 | 7 | 0 | |
1976 | 7 | 1 | |
1977 | 1 | 0 | |
Total | 103 | 14 |
Nru | Data | Post | Avversarju | Gowls | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | 23 ta' Marzu 1966 | Rotterdam, in-Netherlands | In-Netherlands | 3–1 | 4–2 | Logħba amikevoli |
2 | 4–2 | |||||
3 | 4 ta' Mejju 1966 | Dublin, ir-Repubblika tal-Irlanda | Ir-Repubblika tal-Irlanda | 2–0 | 4–0 | Logħba amikevoli |
4 | 12 ta' Lulju 1966 | Sheffield, l-Ingilterra | L-Iżvizzera | 3–0 | 5–0 | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966 |
5 | 4–0 | |||||
6 | 23 ta' Lulju 1966 | Sheffield, l-Ingitlerra | L-Urugwaj | 2–0 | 4–0 | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966 |
7 | 25 ta' Lulju 1966 | Liverpool, l-Ingilterra | L-Unjoni Sovjetika | 2–0 | 2–1 | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966 |
8 | 1 ta' Ġunju 1968 | Hanover, il-Ġermanja | L-Ingilterra | 1–0 | 1–0 | Logħba amikevoli |
9 | 14 ta' Ġunju 1970 | León, il-Messiku | L-Ingilterra | 1–2 | 3–2 (wara l-ħin regolamentari) | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1970 |
10 | 22 ta' Novembru 1970 | Ateni, il-Greċja | Il-Greċja | 3–1 | 3–1 | Logħba amikevoli |
11 | 22 ta' Ġunju 1971 | Oslo, in-Norveġja | In-Norveġja | 3–0 | 7–1 | Logħba amikevoli |
12 | 30 ta' Ġunju 1971 | Copenhagen, id-Danimarka | Id-Danimarka | 3–1 | 3–1 | Logħba amikevoli |
13 | 12 ta' Mejju 1973 | Amburgu, il-Ġermanja | Il-Bulgarija | 1–0 | 3–0 | Logħba amikevoli |
14 | 6 ta' Ottubru 1976 | Cardiff, Wales | Wales | 1–0 | 2–0 | Logħba amikevoli |
Tim | Minn | Sa | Rekord | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
G | W | D | L | % ta' Rebħ | Ref. | |||
Ġermanja tal-Punent | 1984 | 1990 | 66 | 34 | 20 | 12 | 51.52 | |
Olympique Marseille | l-1 ta' Settembru 1990 | il-31 ta' Diċembru 1990 | 25 | 16 | 4 | 5 | 64.00 | |
Bayern Munich | it-28 ta' Diċembru 1993 | it-30 ta' Ġunju 1994 | 14 | 9 | 2 | 3 | 64.29 | |
Bayern Munich | it-28 ta' April 1996 | it-30 ta' Ġunju 1996 | 5 | 3 | 0 | 2 | 60.00 | |
Total | 110 | 62 | 26 | 22 | 56.36 | — |
Bayern Munich
New York Cosmos
Hamburger SV
Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
Marseille
Bayern Munich
Plejer
Kowċ
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.