![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/33/Espa%25C3%25B1a_campe%25C3%25B3n_de_la_Eurocopa_2008_%2528celebraci%25C3%25B3n_en_Dubl%25C3%25ADn%2529.jpg/640px-Espa%25C3%25B1a_campe%25C3%25B3n_de_la_Eurocopa_2008_%2528celebraci%25C3%25B3n_en_Dubl%25C3%25ADn%2529.jpg&w=640&q=50)
Finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 kienet logħba futbol li ntlagħbet fid-29 ta' Ġunju, 2008, fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, fl-Awstrija, biex jiġi determinat ir-rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008. Il-partita kienet bejn il-Ġermanja u Spanja, u dan tal-aħħar rebaħ 1–0, b'gowl skurjat minn Fernando Torres. Din kienet it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984.
Artiklu prinċipali: Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/3/33/Espa%C3%B1a_campe%C3%B3n_de_la_Eurocopa_2008_%28celebraci%C3%B3n_en_Dubl%C3%ADn%29.jpg/640px-Espa%C3%B1a_campe%C3%B3n_de_la_Eurocopa_2008_%28celebraci%C3%B3n_en_Dubl%C3%ADn%29.jpg)
Iċ-ċerimonja tal-għeluq tal-kampjonat saret immedjatament qabel il-bidu tal-finali, u fiha esebixxew 400 persuna,[1] fosthom il-kantant Spanjol Enrique Iglesias, fejn kanta l-kanzunetta uffiċċjali ta' dan il-kampjonat, Can You Hear Me.[2]