![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/a/a7/SpottedQuoll_2005_SeanMcClean.jpg/640px-SpottedQuoll_2005_SeanMcClean.jpg&w=640&q=50)
Dasyurinae
From Wikipedia, the free encyclopedia
Dasyurinae hija sottofamilja ta' mammiferi marsupjali, eżattament id-dasjurini (eżempji huma l-Anteċinu, il-Faskogal, il-Kwoll, il-Mulgara u x-Xitan tat-Tażmanja).
Dasyurinae | |
---|---|
![]() | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Dasyuromorphia |
Familja | Dasyuridae |
sottofamilja | Dasyurinae Goldfuss, 1820
|
Din is-sottofamilja qiegħda kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo tal-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae ma' sottofamilja oħra, s-Sminthopsinae.
Din hija sottofamilja li tiġbor fiha 2 tribù, id-Dasyurini u l-Phascogalini u bosta ġeneri u speċi kemm estinti kif ukoll estanti.
Fin-numru ta' ġeneri u speċi, is-sottofamilja Dasyurinae hija akbar u għandha aktar diversità fil-morfoloġija, mis-sottofamilja l-oħra tal-familja Dasyuridae u ġeneralment l-ispeċi dasjurini huma akbar fid-daqs minn dawk smintopsini.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dasjurinu, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)