From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Australidelphia huwa superordni ta' mammiferi marsupjali. Dan qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria u fl-infraklassi Metatheria. L-Australidelphia jiġbor fiħ 5 ordnijiet, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia, in-Notoryctemorphia, u d-Diprotodontia). Dan is-superordni flimkien ma' l-Ameridelphia jiffurmaw l-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha).
Australidelphia | |
---|---|
Wallabi tal-ġebel ta' saqajħ sofor Petrogale xanthopus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Australidelphia |
Ordnijiet | |
| |
Firxa tas-superordni Australidelphia |
L-Australidelphia jinkludi fiħ il-marsupjali kollha tal-kontinent Awstraljan u l-marsupjal kolokolo jew monito del monte Dromiciops gliroides, li għalkemm huwa mifrux mal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel jifforma parti mis-superordni Australidelphia.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.