Beerschot AC
From Wikipedia, the free encyclopedia
Koninklijke Beerschot Antwerpen Club, magħruf ukoll bħala Beerschot AC, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Antwerp. Huma bdew jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni mill-istaġun 1989-90. Il-klabb ġie stabbilit fl-1999 bħala riżultat tal-għaqda bejn K Beerschot VAC u KFC Germinal Ekeren, li b'hekk ħadu f'idejhom il-matricule number u l-istorja. Qabel din l-għaqda, Germinal Ekeren kien klabb tal-ewwel diviżjoni għal 10 snin, filwaqt li l-kampjuni Belġjani għal seba' 7 darbiet Beerschot kienu qed jitħabtu ma' problemi finanzjarji fit-tielet diviżjoni. Il-klabb rebaħ żewġ Tazzi Belġjani, waħda bħala Germinal Ekeren, u l-oħra bħala Germinal Beerschot. L-aħjar klassifikazzjoni tagħhom fil-kampjonat kien it-tielet post fl-istaġuni 1995-96 u 1997-98.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/mt/thumb/f/fb/KFCGerminalBeerschot.png/320px-KFCGerminalBeerschot.png)
![]() | |||
Isem sħiħ | Koninklijke Beerschot Antwerpen Club | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Mannekes | ||
Fundazzjoni | 1999 | ||
Xoljiment | 2013 | ||
Grawnd | Olympisch Stadion, Antwerp | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni Belġjana | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Mal-għaqda, il-klabb ċaqlaq postu minn Veltwijckstadion fil-muniċipalità ta' Ekeren għall-Olympisch Stadion fil-viċinati ta' Kiel ġewwa Antwerp. Il-ħwejjeġ tagħhom ġew imħallta bl-isfar u l-aħmar ta' Germinal Ekeren u bil-vjola ta' Beerschot. L-akbar rivali tagħhom huma Royal Antwerp FC. Fis-17 ta' Mejju 2011, il-klabb bidel ismu mill-ġdid għall-Koninklijke Beerschot Antwerpse Club jew Beerschot AC. Il-bidla tal-isem kien ir-riżultat tal-ġlieda interna li qasmet il-bord tad-diretturi li ntemmet mal-ewwel bil-membri tal-bord ta' Germinal Ekeren ibattlu l-pożizzjoni tagħhom, din wittiet triq ħielsa li neħħiet l-aċċenn ta' Germinal [1] fl-isem tat-tim mid-diretturi ġodda bħala parti mill-pjan ta' negozju biex jirrestawraw l-ewwel glorja ta' K. Beerschot VAC.
Wara li kienu relegati fl-istaġun 2012–13, il-klabb kien falla fl-aħħar tal-istaġun u tneħħa mill-kompetizzjoni għal kollox. F'Ġunju tal-2013 il-klabb KFCO Wilrijk ingħaqad ma' Beerschot AC u fforma KFCO Beerschot-Wilrijk. Dan il-klabb il-ġdid se jibda jilgħab fl-ewwel diviżjoni tal-Kampjonati Provinċjali Belġjani.[2]