Belġju
pajjiż fl-Ewropa tal-Punent / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Belġju (Olandiż: België; Franċiż: Belgique; Ġermaniż: Belgien), uffiċjalment ir-Renju tal-Belġju, huwa pajjiż li jinsab fuq il-fruntiera bejn il-parti tal-Ewropa fejn hu mitkellem l-ilsien Ġermaniż u l-kultura rumanza, hu maqsum fi tliet reġjuni. Fit-tramuntana hemm il-Fjandri li l-popolazzjoni tagħhom titkellem bil-lingwa Fjamminga (varjanti tal-Olandiż) u tagħmel madwar 58% tal-popolazzjoni totali u fin-nofsinhar hemm il-Wallonja, kważi għal kollox Frankofona bl-eċċezzjoni ta' komunità żgħira li titkellem bil-Ġermaniż, li tagħmel 32% tal-popolazzjoni nazzjonali totali. Fin-nofs jinsab ir-reġjun tal-belt ta' Brussell, Bruxelles-Capitale, uffiċjalment bilingwi, għalkemm hu kważi għal kollox Frankofon, u fih tgħix 10% tal-popolazzjoni. Barra minn hekk fuq il-fruntiera mal-Ġermanja fil-Wallonja hemm il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż li hi magħmula mill-komuni annessi mal-Ġermanja Nażista fl-1940-1945 u li kienet ċediet il-Ġermanja lill-Belġju fl-1919.
Renju tal-Belġju (NL) Koninkrijk België (FR) Royaume de Belgique (DE) Königreich Belgien |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: (DE) "Einigkeit macht stark" (FR) "L'Union fait la force" (NL) "Eendracht maakt macht" (traduzzjoni: "L'għaqda ssaħah") |
||||||
Innu nazzjonali: La Brabançonne
|
||||||
Lokazzjoni tal-Belġju (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Brussell 50°51′N 4°21′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Olandiż (Fjamming) Franċiż Ġermaniż |
|||||
Gruppi etniċi | ara Demografija | |||||
Gvern | Monarkija parlamentari u Demokrazija parlamentari federali[1] | |||||
- | Re | Filippu | ||||
- | Prim Ministru | Alexander De Croo | ||||
Indipendenza | ||||||
- | mill-Pajjiżi l-Baxxi | 4 ta' Ottobru, 1830 | ||||
Sħubija fl-UE | 25 ta' Marzu 19572 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 30,528 km2 (139) 11,787 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 6.4 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2012 | 11,035,948[2] (76) | ||||
- | Densità | 354.7/km2 (33) 918.6/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $420.307 biljun[3] (30) | ||||
- | Per capita | $37,883[3] (20) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $484.692 biljun[3] (21) | ||||
- | Per capita | $43,686[3] (16) | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.897[4] (għoli ħafna) (17) | |||||
Valuta | Ewro (€)1 (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 32 | |||||
TLD tal-internet | .be3 | |||||
1 Qabel l-1999: Frank Belġjan 2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
Il-Belġju kien fost il-membri fundaturi tal-Unjoni Ewropea u l-belt kapitali Brussell hi s-sedi ta' bosta istituzzjonijiet komunitarji.
Fronetars tal-Belġju totali: 1,297 km, pajjiżi tal-fruntiera (4): Franza 556 km; Ġermanja 133 km; Lussemburgu 130 km; Olanda 478 km.