stat sovran fir-reġjun tal-Kawkasu tan-Nofsinhar tal-Ewrasja From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Armenja ( ɑrˈmiːniə (għajnuna·info); bl-Armenjan:Հայաստան), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Armenja (bl-Armenjan:Հայաստանի Հանրապետություն, Hayastani Hanrapetut’yun), hi pajjiż interkjuż fir-reġjun Kawkasu t'Isfel tal-Ewroasja. Il-pajjiż jinsab f'salib it-toroq tal-Asja tal-Punent u l-Ewropa tal-Lvant,[lower-alpha 1] billi jmiss mat-Turkija lejn il-punent, il-Ġeorġja lejn it-tramuntana, l-indipendenti de facto Nagorno-Karabakh u l-Ażerbajġan lejn il-lvant, l-Iran u l-enklav tal-Azerbajġan Nakhchivan fin-nofsinhar.
Repubblika tal-Armenja Հայաստանի Հանրապետություն |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: Մեր Հայրենիք (Armenjan) Mer Hayrenik (traskrizzjoni) Patrija tagħna |
||||||
Belt kapitali | Jerevan 40°11′N 44°31′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Armenjan | |||||
Gvern | Repubblika semi-presidenzjali | |||||
- | President | Armen Sargsyan | ||||
- | Prim Ministru | Nikol Pashinyan | ||||
- | Kelliem | Ararat Mirzoyan | ||||
Leġislatura | Assemblea Nazzjonali | |||||
Formazzjoni u indipendenza | ||||||
- | Data tradizzjonali | 11 ta' Awwissu 2492 QK | ||||
- | Nairi | 1200 QK | ||||
- | Renju ta' Ararat | 840 QK | ||||
- | Dinastija Orontid | 560 QK | ||||
- | Renju tal-Armenja | 190 QK | ||||
- | Repubblika Demokratika tal-Armenja Stabbiliet | 28 ta' Mejju 1918 | ||||
- | Indipendenza mill-Unjoni Sovjetika Iddikjarata Rikonoxxuta Finalizzata |
23 ta' Awwissu 1990 21 ta' Settembru 1991 21 ta' Diċembru 1991 |
||||
Erja | ||||||
- | Total | 29,743 km2 (141) 11,484 km2 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 4.71[1] | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2010 | 3,262,200[2][3] | ||||
- | Densità | 108.4/km2 (99) 280.7/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $19.649 biljun[4] | ||||
- | Per capita | $5,838[4] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $10.066 biljun[4] | ||||
- | Per capita | $2,990[4] | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.729 [5] (għoli) (87) | |||||
Valuta | Dram (դր.) (AMD ) |
|||||
Żona tal-ħin | UTC (UTC+4) | |||||
Kodiċi telefoniku | +374 | |||||
TLD tal-internet | .am |
L-Armenja hija unitarja, multi-partit u nazzjon-stat demokratiku b'wirt kulturali antik. Ir-Renju tal-Armenja kien stabbilit fis-seklu 6 QK, wara l-waqgħa ta' Urartu; dan sar l-ewwel stat fid-dinja li adotta l-Kristjaneżmu bħala reliġjon tiegħu,[9] fis-snin bikrija tas-seklu 4 (id-data tradizzjonali hija 301 AD).[10]
Ir-Repubblika tal-Armenja moderna tirrikonoxxi l-Knisja Appostolika Armenjana, l-eqdem knisja nazzjonali fid-dinja, bħala stabbiliment reliġjuż primarju tal-pajjiż.[11][12] L-Armeni għandhom alfabett uniku vvintat minn Mesrop Mashtots fis-sena 405 AD.
Bħala eks-Repubblika tal-Unjoni Sovjetika, l-Armenja hija demokrazija emerġenti sa mill-2011 fejn kienet innegozjata mal-Unjoni Ewropea biex issir membru assoċjat. Hija għandha dritt li tkun membru tal-UE sakemm tissodisfa l-istandards u l-kriterji meħtieġa.[13][14][15][16] Il-Gvern tal-Armenja żżomm integrazzjoni Ewropea bħala prijorità ewlenija fil-politika barranija tiegħu.[17]
Total tal-fruntieri tal-Armenja: 1,570 km, pajjiżi tal-fruntiera (4): Ażerbajġan 996 km; Ġeorġja 219 km; Iran 44 km; Turkija 311 km.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.