From Wikipedia, the free encyclopedia
Luis Antonio Valencia Mosquera (twieled fl-4 ta' Awwissu 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ekwadorjan.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Luis Antonio Valencia Mosquera | ||
Twelid | 4 ta' Awwissu 1985 Lago Agrio, Ekwador | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1999–2001 | Caribe Junior | ||
2001–2003 | El Nacional | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2003–2005 | El Nacional | ||
2005–2008 | Villarreal | ||
2005–2006 | → Recreativo (self) | ||
2006–2008 | → Wigan Athletic (self) | ||
2008–2009 | Wigan Athletic | ||
2009–2019 | Manchester United | ||
2019–2020 | LDU Quito | ||
2020–2021 | Querétaro | ||
Tim nazzjonali | |||
2004–2019 | Ekwador |
Valencia beda l-karriera tiegħu ma' El Nacional, u fl-2005 ittrasferixxa għal mat-tim Spanjol ta' Villarreal.[1] Madankollu, hu ġie msellef lil Recreativo de Huelva għal parti sostanzjali tal-istaġun 2005–06.
Fit-3 ta' Awwissu 2006, Valencia ingħaqad mal-klabb tal-Premier League Ingliż Wigan Athletic għal sena taħt self. Il-kowċ Paul Jewell ikkumenta fuq Valencia: "Antonio hu xi ħaġa ġdida għal Wigan. Bħal ħafna Sudamerikani, hu jħaddan ħafna kapaċitajiet u din jikkombinaha ma' pass mgħaġġel u ħidma bla qatigħ fuq il-grawnd. Hu lagħab fl-Ewropa għal staġun, u jien konvint li hu għandu l-attributi neċessarji biex jagħmel suċċess fil-Premiership."[2] Id-debutt tiegħu wasal fid-19 ta' Awwissu 2006, fit-telfa ta' 2–1 kontra Newcastle United, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-21 ta' Ottubru 2006 kontra Manchester City. Il-perjodu ta' self ġie estiż għas-sena segwenti, u fit-18 ta' Frar 2008 issiġilla permanentament il-passaġġ tiegħu mal-klabb Ingliż, fejn iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs.[3]
Il-forma eċċellenti laqtet l-għajn ta' klabbs importanti matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2008, fosthom Manchester United[4] u Liverpool,[5] fejn finalment ittrasferixxa fl-istaġun segwenti ma' Manchester United, għal kuntratt ta' erba' snin.[6]
L-ewwel dehra internazzjonali ta' Valencia mat-tim nazzjonali tal-Ekwador kienet f'partita valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Paragwaj fis-27 ta' Marzu 2005, fejn skorja doppjetta fir-rebħa Ekwadorjana bl-iskor ta' 5–2. Hu lagħab f'isem l-Ekwador fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret fil-Ġermanja, u kien nominat fit-tim ideali tal-FIFA, lista li tirrikonoxxi l-aqwa plejers għal kull pożizzjoni matul it-Tazza tad-Dinja. Hu kien nominat ukoll bħala wieħed mis-sitt kandidati għall-unur ta' L-Aqwa Plejer Żagħżugħ.[7] Lukas Podolski kien ir-rebbieħ eventwali, anke jekk ir-riżultati uffiċjali tas-sondaġġ imwassal mis-sit tat-Tazza tad-Dinja 2006 urew lil Valencia fil-vantaġġ.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.