From Wikipedia, the free encyclopedia
Varjetà huwa Takson fil-Klassifikazjoni Xjentifika li jintuża biss fil-botanika u ma hemmx livell ekwivalenti għalih fiż-żooloġija.
Fin-Nomenklatura Botanika, Varjetà ( Latin "varietas") huwa Takson b'livell aktar baxx minn dak ta' Ġeneru, iżda b'livell ogħla minn dak ta' Sottovarjetà ( Latin "subvarietas") u b'hekk jissejjaħ Takson infraspeċifiku. Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn 3 partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku. Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazjoni "var." trid tiġi miktubha qabel l-epitet infraspeċifiku.
Varjetà jrid ikollha apparenza distinta minn varjetajiet oħra, iżda tkun kapaċi tipproduċi l-ibridi magħhom (dejjem jekk jiġu f'distanza ta' kuntatt). Normalment il-varjetajiet ikunu ġeografikament mifruda minn xulxin.
Eżempju: Il-Kaktus, Escobaria vivipara, hija speċi varjabli mifruxa mill-Kanada sal-Messiku, b' 9 varjetajiet deskritti. Dawn il-varjetajiet fejn jiltaqgħu ġeografikament jipproduċu l-ibridi faċilment. Il-varjetà Escobaria vivipara var. arizonica hija mill-Ariżona, waqt Escobaria vivipara var. neo-mexicana hija min-New Mexico.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.