From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Fajl tal-Awtorità Internazzjonali Virtwali magħruf ukoll bħala Virtual International Authority File (VIAF) huwa fajl tal-awtorità internazzjonali. Huwa proġett konġunt ta' bosta libreriji nazzjonali li huwa mħaddem mill-Online Computer Library Centre (OCLC).
Diskussjonijiet dwar il-bżonn ta' awtorità internazzjonali komuni bdew lejn tmiem is-seklu 19. Wara sensiela ta' tentattivi falluti biex joħorġu b'fajl uniku ta' awtorità komuni, kien hemm qbil biex jintrabtu l-awtoritajiet nazzjonali eżistenti. Dan għaliex b'hekk il-benefiċċji kollha ta' fajl komuni jinżammu mingħajr il-bżonn ta' investiment kbir f'dak li huma ħin u spejjeż.[1]
Il-kunċett VIAF ġie introdott fil-Kungress Dinji tal-Libreriji u l-Informazzjoni fl-2003, li kien ospitat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Libreriji (IFLA).[2] Il-proġett inbeda mill-Library of Congress tal-Istati Uniti (LC), il-Librerija Nazzjonali Ġermaniża (DNB) u l-OCLC fis-6 ta’ Awwissu 2003.[3][4] Il-Bibliothèque nationale de France (BnF) ingħaqdet mal-proġett fil-5 ta' Ottubru 2007.
Il-proġett għamel tranżizzjoni għal servizz tal-OCLC fl-4 ta' April 2012.
L-għan huwa li l-fajls tal-awtorità nazzjonali (bħall-Fajl tal-Awtorità tal-Ismijiet Ġermaniż) jintrabtu ma’ fajl tal-awtorità virtwali wieħed. F'dan il-fajl, rekords identiċi mis-settijiet ta' data differenti huma marbuta flimkien. Rekord VIAF jirċievi numru ta’ data standard, fih ir-rekords primarji "ara" u "ara wkoll" mir-rekords oriġinali, u jirreferi għar-rekords tal-awtorità oriġinali. Id-data ssir disponibbli onlajn u hija disponibbli għar-riċerka u l-iskambju u l-kondiviżjoni tad-data. L-aġġornament reċiproku juża l-Open Archives Initiative Protocol for Metadata Harvesting (OAI-PMH).
In-numri tal-fajls qed jiżdiedu ukoll ma' artikli bijografiċi tal-Wikipedija u huma inkorporati fil-Wikidata.
Christine L. Borgman torbot il-VIAF mal-International Standard Name Identifier (ISBN) u l-ORCID, u tiddeskrivi dawn t-tliet sistemi bħala "loosely coordinated efforts to standardize name forms".[5] Borgman tikkaratterzza dawn it-tliet sistemi bħala tentattiv biex tissolva l-problema ta' diżambigwità fl-isem tal-awtur, li kibret sew hekk kif żdied l-ammont ta' data.[5] Hija tenfasizza l-fatt li kuntrarjament għaż-żewġ sistemi l-oħra li huma mmexxija minn individwi, il-VIAF hija mmexxija mil-libreriji.[5]
L-algoritmu tal-ġbir tal-VIAF jitħaddem darba fix-xahar. Hekk kif aktar data tiddaħħal minn libreriji li jipparteċipaw f'din is-sistema, ġabriet ta' aktar dettalji tal-awtorità jafu jingħaqdu jew jinqasmu, b'konsegwenza li l-identifikatur tal-VIAF ta' ċerti entrati partikolari jista' jvarja xi ftit.[6]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.