From Wikipedia, the free encyclopedia
Unguligrad huwa annimal li joqgħod wieqaf u li jimxi bil-piż ta' ġismu fuq il-ponot jew fuq it-truf tas-swaba biss, imserrħin jew imissu mal-art (lokomozzjoni unguligradali) u dawn jinkludu iż-żwiemel, iċ-ċriev u ħafna mammiferi oħra. Ġeneralment dawn l-annimali huma ħafna aktar ħfief fil-movimenti tagħhom minn annimali b'lokomozzjoni plantigradali.
Filwaqt li diġitigrad normalment joqgħod wieqaf u jimxi fuq il-falanġi distali jew distali u l-falangi intermedji jew falanġi tan-nofs imserrħin jew imissu ma' l-art, l-unguligrad joqgħod wieqaf u jimxi bit-truf jew bil-ponot biss tad-distali, imserrħin jew imissu ma' l-art.
It-truf tad-distali ta' dawn l-annimali, normalment ikunu jserħu fuq difer (struttura mmkabbra mill-ġilda, magħmula mil-keratina u mhux mill-materjal tal-għadam). Id-difer huwa magħmul minn 2 partijiet l-unguis u s-subunguis u fl-annimali unguligradi l-unguis tagħti kompletament is-subunguis minnbarra it-tarf fil-ponta tas-seba.
Lokomozzjoni unguligradali hija tip ta' lokomozzjoni meqjusa bħala waħda speċjaliżata jew evoluta aktar minn lokomozzjoni plantiigradali. Peress li s-superfiċi li tmiss ma' l-art u li trid tinqata minn ma' l-art hija ġeneralment żgħira ħafna, u minnħabba ukoll li t-tul tas-sieq huwa ħafna aktar, hemm tendenza, li bil-lokomozzjoni unguligradali, l-movimenti jkunu ta' ħeffa ħafna akbar.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.