speċi ta' mammifru From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Lamantin Afrikan huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara. Dan il-lamantin ftit li xejn ġie studjat u b'hekk ma tantx hemm tagħrif dwaru.
Lamantin Afrikan | |
---|---|
Lamantin Afrikan Trichechus senegalensis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Ordni: | Sirenia |
Familja: | Trichechidae Gill, 1872 |
Ġeneru: | Trichechus Linnaeus, 1758 |
Speċi: | T.senegalensis |
Isem binominali | |
Trichechus senegalensis |
Il-lamantin Afrikan għandu ġilda griża u bħala kobor huwa l-mezzan fost it-3 speċi li jeżistu, twil minn 3 metri sa 4.5 metri u jiżen massimu ta' ftit inqas minn 500kilogramm. Dan il-lamantin minbarra huwa simili ħafna tal-lamantin tal-Karibew ħlief mid-daqs, fejn normalment il-lamantin tal-Karibew jiżen id-doppju u jidher ħafna eħxen.
Il-Lamantin Afrikan huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' pjanti u huwa l-aktar speċi ta' lamantin li jiekol veġetazzjoni li mhix tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol madwar 10% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.
Il-Lamantin Afrikan (Trichechus senegalensis) huwa mifrux mal-kosta u max-xmajjar fil-Punent tal-Afrika fil-pajjiżi bħall-Angola, Benin, Burkina Faso, Ċad, Gabon, Gambja, Gana, Gwineja, Gwineja Ekwatorjali, Gwineja-Bissau, Kamerun, Kosta tal-Avorju, Liberja, Mali, Mawritanja, Niġer, Niġerja, Reppublika Demokratika tal-Kongo, Senegal, Sierra Leone u Togo.
Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla għal ewwel nifs waħdu mingħajr l'ebda għajnuna min naħa tal-omm. Dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snien, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali fin-nisa tista tintlaħħaq kmieni fl-eta ta' 3 snien biss waqt li fl-irġiel tieħu aktar żmien.Il-lamantin Afrikan huwa maħsub li jgħix madwar it-30 sena.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.