L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon jista jkun wieħed minn għaxar speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Thylamys sp. jew l-ispeċi kollha fil-ġeneru Thylamys.
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon | |
---|---|
Thylamys elegans | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Thylamys (Gray,1843) |
Speċi | |
Dawn huma mammiferi marsupjali, membri tat-tribù Thylamyini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
L-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon huma marsupjali żgħar li ġeneralment ikunu jiżnu bejn 18 u 55 gramma u jikbru bejn 7 u 15-il ċentimetru eskluż id-denb ta' bejn 9 u 16-il ċentimetru ieħor. Il-membri kollha ta' dan il-ġeneru kif jgħid isimhom, għandhom denbhom minfuħ u oħxon. Dan huwa addattament għall-abitat f'elevazjoni għolja li jgħixu fiħ dawn l-opossumi u b'hekk għandhom il-kapaċità li jaħżnu x-xaħam f'denbhom biex dan jintuża' fi żmenijiet kesħin meta jkun hemm nuqqas ta' ikel.
Thylamys sp. huma ta' abitudni notturna u l-quċċata tal-attività tagħhom tintlaħaq bil-lejl, b'attività minima ħafna matul il-ġurnata. Dawn il-marsupjali jippreferu jgħixu f'abitat ta' foresti subtropikali u tropikali umdi normalment fil-muntanji jew f'elevazjonijiet għolja. Dawn il-mammiferi huma kemm arborji, jew jgħixu fis-siġar, kif ukoll terrestri jew jgħixu fuq l-art.
Dieta
L-Opossumi grazzjużi huma mammiferi marsupjali primarjament insettivori u d-dieta prinċipali tagħhom tikkonsisti minn insetti varji, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden xi kultant huma inklużi fid-dieta wkoll.
Distribuzjoni
Dawn l-opossumi għandhom distribuzjoni vasta fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Paragwaj u l-Peru.
Klassifikazjoni
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Thylamys
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella, Thylamys cinderella (Thomas,1902)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon eleganti, Thylamys elegans (Waterhouse,1839)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Karimi, Thylamys karimii (Petter,1968)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon tal-Paragwaj, Thylamys macrurus (Olfers,1818)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda, Thylamys pallidior (Thomas,1902)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni, Thylamys pusillus (Desmarest,1804)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon arġentat, Thylamys sponsorius (Thomas,1921)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Tate, Thylamys tatei (Handley,1957)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon nanu, Thylamys velutinus (Wagner,1842)
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu kannella fl-isfar, Thylamys venustus (Thomas,1902)
- Ġeneru Thylamys
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
- Braun, J. K., Ronald A. Van Den Bussche, Philip K. Morton, and Michael A. Mares. 2005. Phylogenetic and biogeographic relationships of mouse opossums Thylamys (Didelphimorphia, Didelphidae) in southern South America.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-801-88221-4
- Informazzjoni dwar l-ispeċi ta' Opossum ta' denbhom oħxon: Thylamys
- Tassonomija tal-Mammiferi
Ħoloq esterni
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys elegans In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys macrurus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys pallidior In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys pusillus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys velutinus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Informazzjoni ġenerali u lista varja ta' membri fil-ġeneru Thylamys
- Infonatura, sit b'informazjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel inklużi il-marsupjali tal-ġeneru Thylamys
Wikiwand in your browser!
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.