Skrivan

ħaddiem li jwettaq kompiti ġenerali f'uffiċċju From Wikipedia, the free encyclopedia

Skrivan

Skrivan (bl-Ingliż: clerk) huwa ħaddiem li bħala l-professjoni tiegħu jwettaq kompiti ġenerali f’uffiċċju, jew ħaddiem li jwettaq kompiti simili f’ambjent tal-bejgħ bl-imnut. Ir-responsabbiltajiet tal-iskrivana ġeneralment jinkludu ż-żamma tar-rekords, l-organizzazzjoni tad-dokumenti, l-amministrazzjoni tal-postijiet ta’ servizz għall-klijenti, it-tweġib tat-telefonati, u kompiti amministrattivi oħra li spiss jaf ikunu ripetittivi.[1]

Thumb
Skrivana fis-snin 70 tas-seklu 20

Storja u etimoloġija

It-terminu bl-Ingliż clerk joriġina mil-Latin clericus li jfisser “persuna tal-kleru”. Din hija il-Latinizzazzjoni ta’ κληρικός (klērikos) bil-Grieg minn kelma li tfisser “roqgħa” (fis-sena ta’ “roqgħa jew ħabel art”).[2][3]

L-assoċjazzjoni tat-terminu ġiet mill-Medju Evu, fejn il-kitba kienet tiġi fdata l-iktar lill-kleru peress li l-biċċa l-kbira tan-nies komuni ma kinux jafu jaqraw. F’dan il-kuntest, it-terminu clerk kif ifissert “studjuż”. Anke llum stess, it-terminu jiddeżinja b’mod regfolari tipi ta’ persuna tal-kleru. It-termini b’lingwi oħra, bħal Klerk bl-Olandiż, fl-aħħar tas-seklu 19 saru ristretti għal saff speċifiku pjuttost baxx fil-ġerarkija amministrattiva.[4]

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.