utensili tal-kċina li jintużaw biex jittiekel l-ikel From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-pożati jinkludu kwalunkwe għodda tal-idejn li tintuża meta jiġi ppreparat u meta jisserva l-ikel, kif ukoll
speċjalment biex jittiekel l-ikel fil-kultura tal-Punent. Persuna li tagħmel, tbigħ jew issewwi l-pożati huwa magħruf bħala tal-pożati. Il-belt ta’ Sheffield fl-Ingilterra ilha famuża għall-produzzjoni tal-pożati mis-seklu 17 u ferrovija – il-Master Cutler – li kienet tmur minn Sheffield għal Londra ġiet imsemmija għall-industrija tal-produzzjoni tal-pożati.[1] L-azzar inossidabbli ġie żviluppat f’Sheffield fil-bidu tas-seklu 20, u b’hekk il-pożati bdew jiġu prodotti bi prezz raġonevoli għall-mases.[2]
L-oġġetti ewlenin tal-pożati fil-kultura tal-Punent huma s-sikkina, il-furketta u l-imgħarfa. Dawn it-tliet għodod dehru għall-ewwel darba flimkien fuq il-mejda fil-Gran Brittanja fl-era Ġorġjana.[3] Dan l-aħħar, ġew prodotti b’verżjonijiet ibridi li jikkombinaw il-funzjonalità ta’ għodod differenti tal-ikel, fosthom l-ispork (neoloġiżmu bl-Ingliż magħmul mill-kombinament tal-imgħarfa u tas-sikkina: spoon/fork), l-ispife (neoloġiżmu bl-Ingliż magħmul mill-kombinament tal-imgħarfa u tal-furketta: spoon/knife), u l-knork (neoloġiżmu bl-Ingliż magħmul mill-kombinament tas-sikkina u tal-furketta: knife/fork) jew l-isporf li huwa kombinament tat-tliet għodod.[4]
ħolqa=|daqsminuri Il-fidda mastizz hija l-materjal tradizzjonali li minnu jkunu magħmula l-pożati ta’ kwalità tajba. Storikament, il-fidda kellha vantaġġ fuq metalli oħra li hija inqas reattiva kimikament. Ir-reazzjonijiet kimiċi bejn ċerti tipi ta’ ikel u l-metall tal-pożati jistgħu jwasslu għal togħmiet spjaċevoli. Id-deheb huwa saħansitra inqas reattiv mill-fidda, iżda l-użu tal-pożati tad-deheb normalment huwa limitat għal dawk li huma għonja ferm, pereżempju l-monarki.[5]
L-azzar kien dejjem jintuża għal skieken iktar utilitarji, u l-istann (taħlita ta’ ċomb u landa) kien jintuża għal xi oġġetti orħos, speċjalment l-imgħaref. Mis-seklu dsatax, il-fidda bin-nikil elettrodepożitat (EPNS) intużat bħala sostitut orħos tal-fidda mastizz.
Fl-1913, il-metallurġist Brittaniku Harry Brearley skopra l-azzar inossidabbli b’kumbinazzjoni, u b’hekk il-pożati bdew jintużaw mill-mases għax il-prezz tagħhom kien tajjeb għall-but ta’ kulħadd. Dan il-metall sar l-iktar wieħed predominanti li jintuża fil-pożati.[2] Metalli alternattivi huma l-melkjor, in-nikil inossidabbli u l-liga tar-ram, li kultant jista’ jkun fihom ukoll il-manganiż u l-ħadid bin-nikil.
Il-pożati tal-plastik jiġu prodotti biex jintużaw għal darba biss u wara jintremew pereżempju biex jintużaw fil-beraħ pereżempju fil-kampeġġi, fl-eskursjonijiet, u fil-barbecues. Il-pożati tal-plastik jintużaw spiss ukoll fil-ħwienet tal-fast-food jew tat-take-away u jiġu pprovduti mal-ikliet tal-linji tal-ajru fil-klassi ekonomika. Il-plastik jintuża wkoll għall-pożati tat-tfal. Ħafna drabi dawn tal-aħħar ikunu eħxen u jintużaw iktar fit-tul mill-pożati tal-plastik li jintużaw darba biss u jintremew.
Fis-snin 20 tas-seklu 21, diversi pajjiżi bdew jippromwovu l-użu ta’ pożati tal-injam jew bijodegradabbli minflok tal-plastik biex ikollhom inqas impatt fuq l-ambjent.
Il-pożati tal-injam li jintużaw darba u jintremew wara l-użu saru disponibbli bħala alternattiva bijodegradabbli popolari. Il-bambù u l-injam tal-aġġru huma l-għażla l-iktar popolari ta’ injam.
Il-pożati li jittieklu jkunu magħmula minn ħbub imnixxfin.[6] Dawn ikunu magħmula primarjament bir-ross, bil-millieġ jew bil-qamħ. Peress li l-kultivazzjoni tar-ross teħtieġ ħafna ilma, il-manifatturi jikkummerċjalizzaw il-prodotti bbażati fuq il-millieġ bħala prodotti li huma iktar favur l-ambjent. It-taħlita tinħema f’forom biex tibbies. Xi manifatturi joffru għażla ta’ pożati bit-togħma. Il-pożati li jittieklu jiddekomponu fi żmien ġimgħa jekk jintremew.
F’Sheffield, is-sengħa tal-produzzjoni tal-pożati ġiet diviża, bi snajja’ alleati bħall-ħaddied, il-produttur tax-xfafar, il-produttur tal-ġelem, eċċ. li lkoll kienu jagħmlu wkoll il-pożati iżda dawn saru snajja’ distinti sas-seklu 18.
Qabel nofs is-seklu 19, meta l-azzar irħis sar disponibbli minħabba metodi ġodda tal-produzzjoni tal-azzar, is-skieken (u għodda oħra jaqtgħu) kienu jsiru bl-iwweldjar ta’ strixxa tal-azzar ma’ biċċa ħadid li kienet tingħata l-għamla ta’ sikkina, jew bit-tqegħid ta’ strixxa tal-azzar bejn żewġ biċċiet tal-ħadid. Dan kien isir minħabba li l-azzar dak iż-żmien kien prodott bażiku ferm iktar għali mill-ħadid. Ix-xfafar moderni xi kultant ikunu laminati, iżda għal raġuni differenti. Peress li l-azzar l-iktar iebes huwa fraġli, saff ta’ azzar iebes jista’ jitqiegħed bejn żewġ saffi ta’ azzar iktar artab u inqas fraġli, għal sikkina b’tarf jaqta’ sew u li jkollha inqas probabbiltà li tinkiser bl-użu.
Wara li kienet tiġi prodotta, is-sikkina kienet tiġi msinna, oriġinarjament fuq ħaġra tal-mola, iżda mill-aħħar tal-perjodu Medjevali fuq mola tal-idejn.
Il-pożati li jintremew wara l-użu ġew introdotti għal skopijiet ta’ konvenjenza (għax ħfief u għax m’hemmx għalfejn jitnaddfu wara l-użu) u saru suq dinji enormi.[7][8] Flimkien ma’ oġġetti oħra tal-mejda li jintremew wara l-użu (bħal platti tal-karti, dvalji tal-plastik, tazzi li jintremew wara l-użu, srievet tal-karti, eċċ.), dawn il-prodotti saru essenzjali għall-industrija tal-fast food u tal-catering. Il-prodotti huma emblematiċi tas-soċjetajiet tal-konsumiżmu u r-rimi u jikkawżaw miljuni ta’ tunnellati ta’ skart tal-plastik mhux bijodegradabbli.[9] L-Unjoni Ewropea se tipprojbixxi l-prodotti tal-plastik ta’ din ix-xorta mill-2021 bħala parti mill-Istrateġija Ewropea għall-Plastik.[10][11]
Bħala alternattiva favur l-ambjent minflok il-plastik mhux degradabbli, il-pożati tal-injam qed jiksbu popolarità. Xi manifatturi jiksu l-prodotti tagħhom fi żjut veġetali, xama’ u meraq tal-lumi biex ikunu jistgħu jintużaw iktar minn darba filwaqt li jibqgħu sikuri għall-konsum mill-bniedem. Il-pożati mbagħad jiġu ttrattati għal ftit jiem qabel ma jkunu lesti mill-impjant tal-manifattura.[12]
Il-pożati li jittieklu qed jiksbu popolarità bħala alternattiva favur l-ambjent għall-plastik li ma jiddekomponix. Il-kumpanija Bakey's ibbażata f’Hyderabad, l-Indja hija manifattur popolari tal-pożati li jittieklu stabbilita minn eks xjenzat. Fil-kumpanija Bakey's, l-għaġina b’bażi tal-millieġ titferra’ f’forom metalliċi u tinħema f’280 °C għal madwar 28 minuta sabiex tibbies.[13]
Iċ-ċentri tradizzjonali tal-produzzjoni tal-pożati jinkludu:
Ċentri tal-manifattura tal-pożati li jittieklu:
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.