Olga Tass
ġinnasta Ungeriża From Wikipedia, the free encyclopedia
Olga Tass (kunjomha meta żżewġet: Lemhényi) kienet ġinnasta olimpika Ungeriża li twieldet f’Pécs fid-29 ta’ Marzu 1929 u mietet fl-10 ta’ Lulju 2020.
Olga Tass | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Pécs, 28 Marzu 1929 |
Nazzjonalità | Ungerija |
Mewt | Budapest, 10 Lulju 2020 |
Post tad-dfin | Ċimiterju ta’ Farkasréti |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (mard) |
Familja | |
Konjuga/i | Dezső Lemhényi |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
ġinnasta artistika coach (en) għalliem |
Tul | 160 cm |
Ħajja privata
Olga Tass kienet miżżewġa lil Dezső Lemhényi (1917-2003), plejer u kowċ tal-waterpolo Ungeriż li kkompeta wkoll fil-Logħob Olimpiku tal-1948 u tal-1952. Hija mietet fl-10 ta’ Lulju 2020 meta kellha 91 sena.[1]
Ħajja professjonali
Olga Tass kienet ġinnasta olimpika li kkompetiet fil-Logħob Olimpiku tal-1948, tal-1952, tal-1956 u tal-1960 u b’kollox rebħet sitt medalji.[2]
Fil-Logħob Olimpiku tal-1948 ta’ Londra, tal-1952 ta’ Helsinki, tal-1956 ta’ Melbourne rebħet il-medalja tal-fidda fil-ġinnastika fil-kompetizzjoni kollettiva għat-timijiet.[3]
Fil-Logħob Olimpiku tal-1952 ta’ Helsinki rebħet il-medalja tal-bronż fil-ġinnastika artistika individwali fuq iż-żiemel (tagħmir tal-ġinnastika). Fil-Logħob Olimpiku tal-1956 ta’ Melbourne rebħet medalja tal-bronż fil-ġinnastika fil-kompetizzjoni kollettiva għat-timijiet.[3]
Fil-Logħob Olimpiku tal-1956 ta’ Melbourne rebħet il-medalja tad-deheb fil-ġinnastika fil-kompetizzjoni kollettiva għat-timijiet.[3]
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.