Mekka

From Wikipedia, the free encyclopedia

Mekka
Remove ads

Mekka l-Imkarrma, offiċjalment Makka l-Imkarrma jew Makkah Al-Mukarramah (bl-Għarbi: مكَّة المُكرَّمَة, Makkaẗ al-Mukarrama, "Mekka n-Nobbli"), fil-qosor Mekka jew Makka, kultant bl-artiklu, il-Mekka, hija l-aqdes belt fl-Iżlam.[1] Fiha l-Misġed il-Ħram u l-Kagħba, fejn il-qibla, jiġifieri d-direzzjoni li l-Misilmin iħarsu lejha meta jsallu s-salâ (att ta' qima tal-Misilmin). L-Għar Hira fuq il-Ġebel in-Nur, 'il barra l-belt, huwa fejn jemmnuhom il-Misilmin li l-Quran ġie żvelat, jew bit-terminu Iżlamiku, tniżżel għall-ewwel darba lil Muħammed.[2] Madwar 44.5% tal-popolazzjoni huma ċittadini Sawdi u madwar 55.5% huma barranin Misilmin minn pajjiżi oħra.[3] Il-pellegrini aktar itellet fl-għadd tal-popolazzjoni kull sena matul il-pellegrinaġġ il-Ħaġġ, osservat fit-tnax-il xahar Heġri ta’ Tal-Ħeġġa (mill-Għarbi Dūl-Ħiġġa).[4] B'aktar minn 10.8 miljun viżitatur internazzjonali fl-2023, Mekka kienet waħda mill-għaxar bliet l-aktar miżjura fid-dinja.[5]

Quick facts Amministrazzjoni, Kap tal-Gvern ...

Mekka tinsab fil-punent tar-Renju tal-Arabja Sawdija, madwar 400 kilometru lejn il-Lbiċ ta' Medina,[6] madwar 75 kilometru lejn il-punent ta' Tajjef,[6] u 72 kilometru minn Ġedda u l-kosta tal-Baħar l-Aħmar. L-eqreb port huwa l-Port Iżlamiku ta' Ġedda, u l-eqreb ajruport internazzjonali huwa l-Ajruport Internazzjonali tar-Re Abdul Aziz. Mekka tinsab fl-intersezzjoni tal-latitudnijiet 25/21 fit-tramuntana u l-lonġitudnijiet 49/39 fil-lvant.[7] Dan il-post huwa kkunsidrat bħala waħda mill-aktar formazzjonijiet ġeoloġiċi diffiċli, peress li ħafna mill-blat tagħha huma granit iebes ħafna. Il-belt ta' Mekka tkopri erja ta' madwar 850 km²,[7] li minnhom 88 km² huma abitati. Iż-żona ċentrali madwar il-Misġed il-Ħram tkopri madwar 6 km².[7] L-elevazzjoni ta' Mekka 'l fuq mil-livell tal-baħar hija ta' madwar 277 metru.[8]

Il-belt fil-bidu tagħha kienet raħal żgħir li jinsab f’wied niexef imdawwar bil-muntanji minn kull naħat.[9] Imbagħad in-nies bdew jinġabru lejh u joqogħdu hemm matul iż-żmien tal-Profeta Abraham u l-Profeta Ismael.[10] Dan kien wara li Abraham ħalla lil martu Ħagar u lil ibnu Ismael f’dan il-wied niexef tad-deżert, f’konformità mal-kmand t’Alla.[11] Huma baqgħu fil-wied sakemm faqa’ l-bir Żemżem. Matul dak il-perjodu, il-pedamenti tal-Kagħba bdew jinbnew mill-Abraham u ibnu Ismael. Il-ħakkiema Misilmin mir-reġjun u madwaru ilhom jippruvaw jieħdu l-belt u jżommuha taħt il-kontroll tagħhom, u għalhekk, bħal ħafna mir-reġjun tal-Ħeġaż, il-belt rat diversi bidliet fir-reġim. L-aħħar darba li ġiet ikkonkwistata l-belt kienet fil-konkwista Sawdija fuq il-Ħeġaż minn Iben Sgħud u l-alleati tiegħu fl-1925. Minn dakinhar 'l hawn, Mekka rat espansjoni kbira fid-daqs u l-infrastruttura, b'bini ġdid u modern bħat-Torrijiet tal-Arloġġ (bl-Għarbi: l-Ibraġ is-Siegħa), ir-raba' l-itwal bini fid-dinja u t-tielet l-akbar skont l-erja tal-art,[12] li jixirfu l-Misġed il-Ħram.

Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads