From Wikipedia, the free encyclopedia
Mary Meilak (1905-1975) kienet waħda mill-ftit poeti nisa Maltin ta' dak iż-żmien u hija meqjusa bħala l-ewwel poetessa Maltija.
Bint Ġorġ u Mananni, Mary Meilak twieldet ir-Rabat Għawdex nhar id-9 ta' Awwissu 1905. Ħadet l-edukazzjoni tagħha fl-Iskola Ċentrali t'Għawdex. Għamlet sbatax-il sena taħdem fl-uffiċini tal-Gvern iżda fl-1942 daħlet għalliema, xogħol għal qalbha ħafna li damet fih sakemm irtirat, għoxrin sena wara.
Kitbet l-ewwel poeżija tagħha, Faxx Nemel, meta kellha 25 sena, fl-1930. Fl-1945 ħarġet l-ewwel ġabra tagħha ta’ poeżiji, Pleġġ il-Hena, u s-sena ta’ wara Villa Mejlaq, Dawra Misterjuża u Album.
Ippubblikat ukoll ġabriet ta’ esejs Nirraġunaw u Nitbissmu, tliet novelli: Nokkla Sewda, San Nikola tal-Vinturi u It-Tewmin tal-Birgu, żewġ opri u xi operetti.
Mietet nhar l-1 ta' Jannar 1975, fl-għomor ta' 70 sena.
F'għeluq il-100 sena minn twelidha twaħħlet lapida li tfakkarha fir-Rabat, Għawdex.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.