From Wikipedia, the free encyclopedia
Ordni (bil-Latin: ordo) hija takson fil-klassifikazzjoni xjentifika tal-organiżmi ħajjin. L-ordni bħala takson fil-ġerarkija obbligatorja qiegħed eżatt taħt il-klassi u livell aktar 'il fuq mill-familja. Fil-ġerarkija tat-tassonomija kumplessa, l-ordni tinsab il-mirordni u s-sottordni.
Għal xi kladi, jintużaw xi klassifikazzjonijiet addizzjonali, imma mhux kollha huma rikonoxxuti uffiċjalment.
Isem | Tifsira tal-prefiss | Eżempju |
---|---|---|
Magnordni | magnus: kbir | Epitheria |
Superordni | super: 'il fuq | Euarchontoglires |
Grandordni | grand: kbir | Euarchonta |
Mirordni | mirus: sabiħ | Primatomorpha |
Ordni | Primati | |
Sottordni | sotto: taħt | Haplorrhini |
Infrordni | infra: taħt | Simiiformes |
Parvordni | parvus: żgħir | Catarrhini |
Fil-klassifikazzjoni tagħhom tal-mammiferi tal-1998, McKena u Beel użaw żewġ livelli addizzjonali bejn superordni u ordni: "grandordni" u "mirordni".[1]
L-ordni bħala livell u b'isem distint fil-klassifikazzjoni xjentifika (u mhux imsejjaħ biss bħala ġeneru ogħla (bil-Latin genus summum)) kien ġie introdott għall-ewwel darba minn botanist Ġermaniż Augustus Quirinus Rivinus, iżda kien Carolus Linnaeus li użah l-ewwel ta' spiss biex jaqsam it-tliet renji tan-natura (minerali, pjanti u annimali) fis-Systema Naturae tal-1735.
Wieħed irid jiġbed l-attenzjoni li l-ordnijiet ta' Carolus Linnaeus għal pjanti f'Systema Naturae u f'Species Plantarum, kienu strettament artifiċjali u li kienu introdotti biex jaqsmu l-klassijiet artifiċjali fi gruppi iżgħar biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar. Meta l-kelma ordo kienet użata ta' spiss għal unità naturali ta' pjanti f'xogħlijiet tas-seklu 19 bħal Prodromus ta' de Candolle u l-Genera Plantarum ta' Bentham u Hooker, din kienet tindika taksa li llum għandhom livell ta' familja.
F'pubblikazzjonijiet botaniċi Franċiżi ta' Michel Adanson bħal Familles naturelles des plantes (1763) u sal-aħħar tas-seklu 19, il-kelma famille kienet użata bħala l-ekwivalenti tal-kelma bil-Latin ordo. Din l-ekwivalenza kienet spjegata espliċitament f'Lois de la nomenclature botanique (1868) ta' Alphonse De Candolle's, il-predeċessur ta' International Code of Botanical Nomenclature.
Fl-ewwel Regoli tan-nomenklatura botanika internazzjonali tal-1906 il-kelma familja (familia) ingħatat il-livell ta' "famille" fil-pubblikazzjonijiet bil-Franċiż, waqt li l-kelma ordni (ordo) ingħatat livell ogħla, dak il-livell li fis-seklu 19 ħafna drabi kien jissejjaħ koħort (bil-Latin cohors, plural cohortes).
Uħud mill-ismijiet tal-familji fl-"ordnijiet naturali" ta' Carolus Linnaeus baqgħu jintużaw u anke ftit mill-ismijiet tal-gruppi naturali li kienu ġew rikonoxxuti minn Linnaeus bħala ordnijiet fil-klassifikazzjoni naturali tiegħu baqgħu aċċettati u wżati sal-lum (eż. Palmae jew Labiatae).
Fiż-żooloġija, l-ordnijiet ta' Linnaeus kienu wżati aktar ta' spiss. Dawn l-ordnijiet fil-parti żooloġika tas-Systema Naturae kienu jirreferu għal gruppi naturali. Uħud mill-ismijiet tal-ordnijiet għadhom jintużaw sal-lum (eż. Lepidoptera, l-ordni tal-friefet u l-ordni Diptera tad-dubbien u n-nemus).
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.