Ivan Bek

From Wikipedia, the free encyclopedia

Ivan Bek
Remove ads

Ivan "Ivica" Bek jew Yvan Beck (bis-Serb: Иван Бек; twieled fid-29 ta' Ottubru 1909 – miet fit-2 ta' Ġunju 1963) kien plejer tal-futbol Jugożlav-Franċiż.

Quick facts Informazzjoni personali, Twelid ...
Remove ads

Bijografija

Bek twieled f'Čubura, fis-subborg tal-kapitali Serba ta' Belgrad, minn missier Ġermaniż u omm Ċeka. Ta' sittax-il sena beda jilgħab ma' BSK Beograd fejn skorja 51 gowl f'50 logħba. Fl-1928, Bek ingħaqad ma' Mačva u ftit wara ssieħeb mat-tim Franċiż ta' Sète. Fl-ewwel staġun tiegħu wasal sal-finali tat-tazza, però tilfu 2–0 kontra Montpellier. Fis-sena ta' wara, Sète għal darb'oħra laħqu l-finali u din id-darba għelbu 3–1 lil RC France b'Bek jiskorja żewġ gowls fil-ħin miżjud. Wara li mar ma' Urania Genève Sport, erba' snin wara ma' Sète, Bek ifforma parti mill-ewwel tim li għamel id-Doppjetta tat-trofej fi Franza.

Fuq livell internazzjonali, Bek għen lill-Jugożlavja jikklassifikaw fit-tielet post tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Mal-Jugożlavja lagħab it-Tazza tad-Dinja tal-1930 u spiċċa bi tliet gowls. Aktar tard, eżattament fl-1933, Bek kiseb iċ-ċittadinanza Franċiża u fi Frar tal-1935 ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim Franċiż fil-logħba kontra l-Italja.[1]

Hu miet f'Ġunju tal-1963 kawża ta' attakk tal-qalb u ġie midfun fiċ-ċimiterju ta' Le Py f'Sète fil-15 ta' Ġunju 1963.

Remove ads

Unuri

Klabb

Sète
  • Ligue 1: 1934
  • Coupe de France: 1930, 1934

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads