belt fis-Slovenja From Wikipedia, the free encyclopedia
Idrija (pronunzjata [ˈiːdɾija], f’sorsi antiki: Zgornja Idrija;[1] bil-Ġermaniż: (Ober)idria[1][2], bit-Taljan: Idria) hija belt fil-Punent tas-Slovenja. Hija s-sede tal-Muniċipalità ta’ Idrija u tinsab fir-reġjun tradizzjonali tal-Karnjola Interna u fir-Reġjun Statistiku ta’ Gorizia. Idrija hija magħrufa għall-minjieri tal-merkurju tagħha b’imħażen u b’infrastruttura tal-minjieri, kif ukoll teatru u binjiet fejn kienu jgħixu l-minaturi.
Idrija | ||
---|---|---|
Slovenja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Slovenja | |
Municipality of Slovenia | Municipality of Idrija (en) | |
Isem uffiċjali | Idrija | |
Ismijiet oriġinali | Idrija | |
Kodiċi postali |
5280 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 46.0025°N 14.0275°E | |
Superfiċjenti | 293.7 kilometru kwadru | |
Għoli | 326 mu 341 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 5,848 abitanti (1 Jannar 2023) | |
Informazzjoni oħra | ||
Kodiċi tat-telefon |
386 05 | |
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | |
bliet ġemellati | San Luis Potosí (en) | |
idrija.si |
Fl-2011, Idrija ingħatat il-premju tal-Belt Alpina tas-Sena. Flimkien mal-minjiera Spanjola f’Almadén, Idrija tniżżlet fil-lista tas-Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[3]
Il-belt ta’ Idrija tinsab fil-Baċir ta’ Idrija li huwa mdawwar bl-Għoljiet ta’ Idrija. Ix-xmara Idrijca tgħaddi mill-belt fil-Qala ta’ Nikova. Tinkludi l-irħula ta’ Brusovše, Cegovnica, Prenjuta, u Žabja Vas qrib iċ-ċentru tal-belt, kif ukoll l-irħula iktar imbiegħda ta’ Češnjice, Ljubevč, Kovačev Rovt, Marof, Mokraška Vas, Podroteja, Razpotje, Staje, u Zahoda. L-impjant idroelettriku ta’ Marof jinsab fix-xmara Idrijca fil-periferija fit-Tramuntana ta’ Idrija, bejn Marof u Mokraška Vas. Fiż-żona hemm għadd ta’ fawwara, fosthom il-Fawwara ta’ Podroteja, u l-Lag Selvaġġ fix-xmara Idrijca fin-Nofsinhar tal-belt.[4][5]
Il-merkurju ġie skopert f’Idrija (li kienet magħrufa bħala Idria taħt il-ħakma Awstrijaka) fl-aħħar tas-seklu 15 (għalkemm diversi sorsi jikkwotaw l-1490[6][7][8], l-1492[9][10], u l-1497[6][8]). L-operazzjonijiet tax-xogħol fil-minjieri ttieħdu f’idejn il-gvern fl-1580. L-idrialit huwa idrokarbur minerali rari, li ġie skopert hawn fl-1832, u ismu ngħata abbażi ta’ isem il-belt.
Skont leġġenda, produttur tal-bramel li kien qed jaħdem f’fawwara lokali lemaħ ammont żgħir ta’ merkurju likwidu iktar minn 500 sena ilu. Idrija huwa wieħed mill-ftit postijiet fid-dinja fejn il-merkurju jokkorri kemm fl-istat likwidu elementari tiegħu kif ukoll bħala mineral taċ-ċinabru (sulfur tal-merkurju). Id-daħla tax-xaft tal-minjiera ta’ taħt l-art magħruf bħala x-Xaft ta’ Antonijev (Antonijev rov) issa tintuża għal żjarat turistiċi ggwidati tal-livelli ta’ fuq tal-minjiera. Il-livelli iktar fil-baxx, li jibqgħu neżlin sa kważi 400 metru taħt l-art u li ma għadhomx jintużaw attivament għall-estrazzjoni, attwalment qed jiġu mnaddfin.
Il-knisja parrokkjali fil-belt hija ddedikata lil San Ġużepp Ħaddiem u tifforma parti mid-Djoċesi ta’ Koper. Hemm tliet knejjes oħra f’Idrija li huma ddedikati lit-Trinità Mqaddsa, lil Sant’Antnin ta’ Padova, u lid-Duluri.[11]
Flimkien mal-minjiera Spanjola f’Almadén, Idrija ġiet iddeżinjata bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012 bit-titlu “Wirt tal-Merkurju: Almadén u Idrija”.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[3]
Fost in-nies notevoli li twieldu jew għexu f’Idrija nsibu:
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.