From Wikipedia, the free encyclopedia
Ta' kull sena, il-European Border Breakers Awards (EBBA) jirrikonoxxu s-suċċess ta' għaxar mużiċisti jew gruppi emerġenti li laħqu udjenzi barra minn pajjiżhom bl-ewwel album tagħhom. Ir-rebbieħa tal-European Border Breakers Award jinkludu lil Adele, Tokio Hotel, The Baseballs, Zaz, Lykke Li, Milow, Katie Melua, Damien Rice, Caro Emerald, Stromae u Mumford & Sons.[1]
Il-Premju tal-EBBA tnieda mill-Kummissjoni Ewropea u huwa premju tal-Unjoni Ewropea.[2] L-għażla tal-artisti u ċ-ċerimonja hi organizzata mill-Fondazzjoni Noorderslag, li għandha l-għan li tħeġġeġ il-firxa tal-mużika pop Ewropea.[3]
L-artisti jew gruppi nnominati għall-European Border Breakers Awards jintgħażlu skont dawn il-kriterji:
Sa mill-2010, issir votazzjoni elettronika biex jintgħażel ir-rebbieħ tal-Premju EBBA li jieħu l-Premju tal-Għażla tal-Poplu, apparti l-premju "normali".[7] L-ewwel rebbieħ kien il-kantawtur Belġjan Milow.[8]
Sa mill-2009 ċ-ċerimonja tal-premjazzjonijiet issir kull sena f'Jannar, waqt il-festival Eurosonic Noorderslag, fil-belt Olandiża ta' Groningen, u tkun preżentata mill-personaġġ u mużiċist tal-BBC Jools Holland.[7] Ir-rebbieħa tal-premju EBBA jdoqqu b'mod dirett waqt l-ispettaklu, kif ukoll waqt il-festival innifsu. Ir-rebbieħa mis-snin ta' qabel jiġu mistiedna jdoqqu bħala mistiedna speċjali. Iċ-ċerimonja tiġi rrekordjata mill-istazzjon Olandiż tax-xandir pubbliku NOS/NTR u mxandra permezz ta' NET3.[9] L-ispettaklu jixxandar kull sena fuq bosta stazzjonijiet tat-televiżjoni fl-Ewropa.
Kienet il-Kummissjoni Ewropea li tat bidu għall-Premjijiet tal-EBBA fl-2004.[2] Bil-premjijiet, il-Kummissjoni Ewropea tipprova tqanqal iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-għażla tal-mużika popolari u li turi d-diversità kbira fil-mużika Ewropea. Il-European Border Breakers Awards jiġu appoġġjati permezz tal-Programm Kulturali tal-Unjoni Ewropea, li għandu l-għan jippromwovi l-mobbiltà bejn il-pajjiżi tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura; biex iħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni bejn il-pajjiżi tal-opri aritistiċi u kulturali; u biex ikattar id-djalogu bejn kulturi differenti.[7]
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Awstrija | Elektro Guzzi | Elektro Guzzi |
Belġju | Selah Sue | Selah Sue |
Danimarka | Agnes Obel | Philharmonics |
Franza | Ben l’Oncle Soul | Soulman |
Ġermanja | Boy | Mutual Friends |
Irlanda | James Vincent McMorrow | Early in the Morning |
Olanda | Afrojack | Lost and Found |
Rumanija | Alexandra Stan | Saxobeats |
Żvezja | Swedish House Mafia | Until One |
Renju Unit | Anna Calvi | Anna Calvi |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Selah Sue
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: The Baseballs
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Milow | Milow |
Renju Unit | Charlie Winston | Hobo |
Ġermanja | Peter Fox | Stadtaffe |
Awstrija | Soap&Skin | Lovetune for Vacuum |
Estonja | Kerli | Love Is Dead |
Żvezja | Jenny Wilson | Hardships |
Portugall | Buraka Som Sistema | Black Diamond |
Franza | Sliimy | Paint Your Face |
Olanda | Esmée Denters | Outta Here |
Italja | Giusy Ferreri | Gaetana |
Rebbieħ tal-Premju tal-Għażla tal-Pubbliku: Milow
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Franza | Aaron | Artificial Animals Riding on Neverland |
Renju Unit | Adele | 19 |
Danimarka | Alphabeat | Alphabeat |
Ġermanja | Cinema Bizarre | Final Attraction |
Franza | The Dø | A Mouthfull |
Olanda | Kraak & Smaak | Boogie Angst |
Danimarka | Ida Corr | One |
Żvezja | Lykke Li | Youth Novels |
Irlanda | The Script | The Script |
Renju Unit | The Ting Tings | We Started Nothing |
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Reborn | Fools Rush In |
Danimarka | Dúné | We are in there, you are out there |
Finlandja | Sunrise Avenue | On The Way To Wonderland |
Franza | Ayo | Joyful |
Ġermanja | Cascada | Everytime We Touch |
Irlanda | Dolores O'Riordan | Are You Listening? |
Polonja | Hemp Gru | Klucz |
Spanja | Miguel Ángel Muñoz | M.A.M. |
Żvezja | Basshunter | LOL <(^^)> |
Renju Unit | The Fratellis | Costello Music |
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Gabriel Ríos | Ghostboy |
Ġermanja | Tokio Hotel | Schrei |
Franza | Ilona Mitrecey | Un monde parfait |
Greċja | Elena Paparizou | My Number One |
Renju Unit | Corinne Bailey Rae | Corinne Bailey Rae |
Irlanda | Celtic Woman | Celtic Woman |
Italja | Vittorio Grigolo | In the Hands of Love |
Polonja | Blog 27 | Lol |
Żvezja | José González | Veneer |
Spanja | Beatriz Luengo | Beatriz Luengo |
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Danimarka | The Raveonettes | Chain gang of love |
Ġermanja | Wir sind Helden | Die Reklamation |
Finlandja | Redrama | Every Day Soundtrack |
Franza | Corneille | Parce que l'on vient de loin |
Renju Unit | Katie Melua | Call Off the Search |
Irlanda | Damien Rice | O |
Italja | Benny Benassi | Hypnotica |
Polonja | Myslovitz | Korova Milky Bar |
Żvezja | Ana Johnsson | The Way I Am |
Pajjiż | Mużiċist | Album |
---|---|---|
Belġju | Lasgo | Some Things |
Danimarka | Saybia | The Second You Sleep |
Ġermanja | Masterplan | Masterplan |
Franza | Carla Bruni | Quelqu'un m'a dit |
Renju Unit | The Darkness | Permission To Land |
Irlanda | The Thrills | So Much For The City |
Italja | Tiziano Ferro | Rosso Relativo |
Portugall | Mariza | Fado Em Mim |
Spanja | Las Ketchup | Hijas del Tomate |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.