Bartholomew McGhee (twieled fit-30 ta' April 1899 – miet fis-26 ta' Jannar 1979) kien plejer tal-futbol Amerikan.

Quick Facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Bart McGhee
Informazzjoni personali
Isem sħiħBartholomew McGhee
Twelid30 ta' April 1899(1899-04-30)
Edinburgu, Skozja
Mewt26 ta' Jannar 1979 (79 sena)
Philadelphia
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1917–1919New York Shipbuilding
1919–1921Wolfenden Shore
1921–1922Philadelphia Hibernian
1922–1924New York Field Club
1924–1925Fleisher Yarn
1925–1931New York Nationals
1929→ Philadelphia Field Club (self)
Tim nazzjonali
1930Stati Uniti
Close

Bijografija

Imwieled l-Iskozja, il-familja emigrat lejn l-Istati Uniti fl-1912 wara li missieru kien emigra sentejn qabel. Ta' dsatax-il sena, McGhee beda jilgħab ma' New York Shipbuilding.[1] Fl-istaġun ta' wara ngħaqad ma' Wolfenden Shore. Wara li f'Marzu tal-1921 kellu żmien ta' prova ma' Bethlehem Steel,[2] hu ngħaqad ma' Philadelphia Hibernian.[3]

Fl-1922, McGhee issieħeb ma' New York Field Club. Magħhom għamel żewġ staġuni qabel ma' mar ma' Fleisher Yarn fl-1924. Fleisher kienu għal ħafna żmien klabb dilettant, però fl-1924 qalbu għal mudell professjonali. Madanakollu, ma setgħux imantnu lilhom infushom u l-klabb falla fi tmien l-istaġun. Meta Fleisher fallew, McGhee mar ma' Indiana Flooring, li iktar tard issemmew mill-ġdid bħala New York Nationals, li kienu jilgħabu fil-Belt ta' New York. Fil-karriera tiegħu, McGhee lagħab minn tal-inqas 350 logħba u skorja 137 gowl fil-perjodu ta' bejn l-1921 u l-1931.[4]

Fuq livell internazzjonali, McGhee lagħab tliet logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Istati Uniti, kollha fit-Tazza tad-Dinja tal-1930. Hu skorja l-ewwel gowl tal-Istati Uniti fit-Tazza tad-Dinja, u t-tieni wieħed fl-istorja tal-kompetizzjoni, fir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju nhar it-13 ta' Lulju 1930. Fl-1986, McGhee ġie onorat meta ġie mniżżel fin-National Soccer Hall of Fame.[5]

Referenzi

Ħoloq esterni

Wikiwand in your browser!

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.

Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.