Wolverhampton Wanderers FC
From Wikipedia, the free encyclopedia
Wolverhampton Wanderers Football Club hu klabb tal-futbol Ingliż ibbażat fil-belt ta' Wolverhampton. Riferut ħafna drabi bil-verżjoni mqassra ta' ismu, Wolves, il-klabb hu magħruf għall-kuluri distinti u għall-istorja twila. Il-klabb ġie fundat fl-1877 u mill-1889 jilgħab ġewwa Molineux Stadium.
Fundazzjoni | 1877 | |||
---|---|---|---|---|
Grawnd | Molineux Stadium (en) | |||
Proprjetarju | Fosun International Limited (en) | |||
Kowċ | Gary O'Neil (en) | |||
Kampjonat | Premier League | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Storikament, Wolves kisbu suċċess kbir fil-kors tas-snin, fejn barra li kienu fundaturi tal-Football League, rebħu darba l-FA Cup qabel il-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Wolves stabilixxew lilhom infushom fost l-aqwa skwadri taħt it-tmexxija ta' Stan Cullis wara it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn rebħu l-kampjonat għal tliet darbiet u l-FA Cup darbtejn bejn l-1949 u l-1960. Kien f'dan iż-żmien li l-kompetizzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins ingħatat il-bidu f'nofs is-snin ħamsin wara li gazzetti Ingliżi ddikjaraw lil Wolves bħala ċ-"Ċampjins tad-Dinja" wara rebħiet kontra l-aqwa timijiet Ewropej. Wolves ma rnexxielhomx jersqu aktar viċin lejn dak li nkiseb fl-era ta' Stan Cullis, anke jekk lagħbu l-ewwel finali tat-Tazza UEFA fl-1972 kontra Tottenham Hotspur, u rebħu l-League Cup fl-1974 taħt Bill McGarry u fl-1980 taħt John Barnwell. Mill-1984 'il quddiem, huma qattgħu biss staġun wieħed fl-aqwa diviżjoni. Minkejja dan in-nuqqas ta' suċċess, Wolves skont l-istatistika jibqgħu fost l-aqwa sitt timijiet fl-istorja tal-futbol Ingliż.
Ir-rivali prinċipali ta' Wolves huma West Bromwich Albion, Aston Villa u Birmingham City, b'rivalrji iżgħar ikunu ma' Stoke City u Walsall.