English Football League
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Football League hi kompetizzjoni f'forma ta' kampjonat li fiha jieħdu sehem klabbs professjonali tal-futbol fl-Ingilterra u fil-Galles, u hi l-eqdem kompetizzjoni ta' dan it-tip fil-futbol mondjali. Mill-1992 kellha 72 tim diviżi fi tliet diviżjonijiet, li huma preżentament magħrufa bħala:
- Football League Championship
- Football League 1
- Football League 2
Fattur ċentrali ta' dawn il-kampjonati hi l-promozzjoni u r-relegazzjoni. L-ewwel żewġ timijiet tal-Football League Championship jikkwaliikaw awtomatikament għal Premier League, flimkien mar-rebbieħ tal-play-off tal-erba' l-aqwa klassifikati. L-aħħar tnejn tal-Football League 2 jiġu relegati fil-Conference, il-livell l-aktar għoli fil-lvell tad-dilettanti fl-Ingilterra.