Wikipedija:Dwar
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Wikipedija hija enċiklopedija multilingwali b'kontenut ħieles mibni bl-għan li kulħadd, minn kull ambitu, jista' jaqsam l-għarfien tiegħu mal-oħrajn. Dan il-proġett ingħata bidu fil-15 ta' Jannar 2001 bil-lingwa Ingliża. Minn dakinhar, il-Wikipedija kibret sabiex saret fost l-ikbar siti fid-dinja, fejn jiġu rrikorjdati 'l fuq minn 1.7 biljun viżta unika fix-xahar. Attwalment hemm iktar minn 300 lingwa, fosthom verżjoni bil-Malti li tkopri 6,473 artiklu.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/e/e9/Www.wikipedia.org_screenshot_2013.png/640px-Www.wikipedia.org_screenshot_2013.png)
Il-karatteristika prinċipali ta' din l-enċiklopedija hi li hi miktuba kompletament minn voluntiera: kulħadd jista' joħloq jew jirranġa artiklu b'mod immedjat. L-utenti jieħdu ħsieb ukoll li japprovaw ir-regoli u l-linji gwida sabiex l-enċiklopedija tibqa' tiffunzjona. Għalhekk huwa diffiċli ħafna li artiklu jkollu awtur wieħed; ħafna drabi huwa frott tax-xogħol ta' numru ta' persuni li jaqsmu l-għarfien tagħhom sabiex jimmodifikaw u jtejbu l-kontenut. Il-Wikipedija huwa proġett ħaj li qatt ma jispiċċa.
Il-kontributuri tal-Wikipedija għandhom warajhom stejjer u sfondi differenti; hemm min huwa student, għalliem, espert jew sempliċement għandu passjoni fuq xi suġġett jew grupp ta' interess. Il-Wikipedija temmen li kull persuna għandha d-dritt li jitgħallem, imma wkoll li kull wieħed minna għandu xi ħaġa x'jgħallem lil ħaddieħor. Il-parteċipanti huma ħielsa li jiddeċiedu jipprovdux identità għall-iskopijiet tal-komunità (permezz ta' isem tal-utent u password) jew jibqgħu anonimi.