![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/f/f5/Vittorio_De_Sica_-_portrait.jpg/640px-Vittorio_De_Sica_-_portrait.jpg&w=640&q=50)
Vittorio De Sica
attur u reġista tal-films Taljan / From Wikipedia, the free encyclopedia
Vittorio De Sica (/də ˈsiːkə/ də SEE-kə, bit-Taljan: [vitˈtɔːrjo de ˈsiːka]; twieled fis-7 ta’ 1901 – miet fit-13 ta’ Novembru 1974) kien reġista u attur Taljan, u wieħed minn ta’ quddiem fil-moviment Neorealista.
Vittorio De Sica | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Isem propju | Vittorio Dominico Stanislo Gaetano Sorano De Sica |
Twelid |
Sora (en) ![]() |
Nazzjonalità |
Italja Renju tal-Italja Franza |
Mewt | Neuilly-sur-Seine, 13 Novembru 1974 |
Post tad-dfin | Campo Verano |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (kanċer tal-pulmun) |
Familja | |
Konjuga/i |
Giuditta Rissone (en) ![]() María Mercader (en) ![]() |
Ulied | |
Aħwa | |
Familja | |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
direttur tal-films xeneġġatur attur tal-palk attur ċinematografiku attur produttur eżekuttiv producer ċinematografiku reġista |
Xogħlijiet importanti |
Bicycle Thieves (en) ![]() Umberto D. (en) ![]() The Children Are Watching Us (en) ![]() Miracle in Milan (en) ![]() Two Women (en) ![]() Shoeshine (en) ![]() Marriage Italian-Style (en) ![]() Maddalena, zero in condotta (en) ![]() |
Premjijiet |
List
|
Nominat għal |
uri
|
Moviment artistiku |
Italian neorealism (en) ![]() |
Erbgħa mill-films li hu kien reġista tagħhom rebħu Academy Awards: Sciuscià u Ladri di Biciclette (premju onorarju), filwaqt li Ieri, Oggi e Domani u Il giardino dei Finzi Contini rebħu l-Academy Award għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija. Tabilħaqq, is-suċċess kritiku kbira ta’ Sciuscià (l-ewwel film b’lingwa barranija li ġie rikonoxxut bħala tali mill-Akkademja tal-Films, l-Arti u x-Xjenzi) u Ladri di Biciclette għenu biex jiġi stabbilit il-premju permanenti tal-Aqwa Film b’Lingwa Barranija. Dawn iż-żewġ films jitqiesu li huma parti mill-films kolossali taċ-ċinema klassika. Ladri di Biciclette ġie kkwotat minn Turner Classic Movies bħala wieħed mill-15-il film li kienu l-iktar influwenti fl-istorja taċ-ċinema.
Fl-1957 De Sica ġie nnominat ukoll għall-Oscar għall-Aqwa Attur ta’ Sostenn tar-rwol tiegħu bħala l-Maġġur Rinaldi fl-adattament tar-reġista Amerikan Charles Vidor ta’ A Farewell to Arms ta’ Ernest Hemingway, film li bosta kritiċi maqdruh u li ma mar tajjeb xejn bħala bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema. Ir-reċtar ta’ De Sica ġie meqjus bħala l-aqwa aspett tal-film.[1]