Vasile Milea
From Wikipedia, the free encyclopedia
From Wikipedia, the free encyclopedia
Vasile Milea (Lerești, 1 ta' Jannar 1927 – Bukarest, 22 ta' Diċembru 1989) kien politiku u ġeneral tal-armata Rumen li eżerċita l-irwol ta' kap ta' Statul Major General fl-Armata Rumena u Ministru tad-Difiża taħt Nicolae Ceaușescu. Hu kien involut fil-perjodu ta' ritrattazzjoni matul ir-Rivoluzzjoni Rumena li kkważat il-mewt ta' 162 ruħ.
Fit-22 ta' Diċembru 1989, Ceaușescu keċċieh mill-kariga tiegħu minħabba li ma kienx ordna li jinfetaħ in-nar fuq id-dimostranti li kienu okkupaw it-toroq ta' Bukarest ġurnata qabel. Skont sors uffiċjali, Ceaușescu kkunsidra din bħala att ta' tradiment u Milea għamel suwiċidju ftit wara. Madanakollu, diversi membri ta' familtu allegaw li kien maqtul wara ordni ta' Ceaușescu. Milea kien diġà f'pożizzjoni skomda meta bagħat truppi mingħajr munizzjon biex irażżnu r-rewwixta f'Timișoara.[1] Il-mewt ta' Milea wasslet sabiex is-suldati jxaqilbu favur ir-rivoluzzjoni, li effettivament temmet il-ħakma Komunista fir-Rumanija.[2]
Rapport mill-2005 wara investigazzjoni sħiħa li kienet tinkludi awtopsja, ikkonkludiet li Milea qatel lilu nnifsu meta uża arma ta' wieħed minn sħabu. Hu mifhum li hu ried li jiġi inkapaċitat sabiex jitneħħa mill-uffiċċju tiegħu, però l-balla laqtet l-arterja u miet ftit wara.[3]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.