Tim nazzjonali tal-futbol tar-Rumanija
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Rumanija hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Rumanija u hu kkontrollat mir-Romanian Football Federation.
Rumanija | |
![]() | |
---|---|
Assoċċazzjoni | Romanian Football Federation |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | ![]() |
Captain | Cristian Chivu |
L-Aktar Dehriet | Dorinel Munteanu (134) |
L-Aktar Gowls | Gheorghe Hagi (35) |
Grawnd Nazzjonali | Lia Manoliu Stadium |
L-Ewwel Internazzjonali | ![]() ![]() (Belgrad, Jugożlavja; 8 ta' Ġunju, 1922) |
L-Ikbar Rebħa | ![]() ![]() (Bucharest, Rumanija; 14 ta' Ottubru, 1973) |
L-Ikbar Telfa | ![]() ![]() (Budapest, Ungerija; 6 ta' Ġunju, 1948) |
Ir-Rumanija hija waħda minn erba' timijiet nazzjonali (l-oħrajn ikunu l-Brażil, Franza u l-Belġju) li pparteċipaw fl-ewwel tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. Madanakollu, huma kkwalifikaw darba biss fil-perjodu ta' bejn l-1950 u l-1986. Ir-Rumanija mbagħad kisbu riżultati tajbin fis-snin disgħin, fejn avanzaw fit-tieni rawnd u anki aħjar fi tliet edizzjonijiet konsekuttivi. Ir-Rumanija waslu anki biex fl-edizzjoni ta' l-1994, bi plejer ta' klassi bħal Gheorghe Hagi, jaslu sal-kwarti tal-finali u għelbu lill-Arġentina 3-2 qabel ma tilfu bil-penalties kontra l-Isvezja. Fil-Kampjonati Ewropej 2000 huma spiċċaw f'pari ta' 1-1 kontra l-Ġermanja u rebħu 3-2 kontra l-Ingilterra biex avanzaw għall-kwarti tal-finali qabel ma tilfu ma' l-Italja.
It-tim kellu inqas suċċess sa l-2001, fejn tilef il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2002 u t-Tazza tad-Dinja 2006 u tilef ukoll il-Kampjonati Ewropej 2004. Ir-Rumanija ttellgħu fi Grupp Ġ tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 flimkien ma' l-Olanda, Slovenja, il-Belarus, il-Lussemburgu u l-Albanija. Huma saru r-raba' tim li kkwalifika għall-fażi finali, b'vantaġġ ta' tliet punti fuq l-Olanda u ħamsa fuq il-Bulgarija.