Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil (bil-Portugiż: Seleção Brasileira) jirrapreżenta lill-Brażil fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Confederação Brasileira de Futebol. Ilhom membri tal-FIFA mill-1923 u membri tal-CONMEBOL mill-1916.
Psewdonimu | Seleção (It-Tim Nazzjonali) | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Confederação Brasileira de Futebol | ||
Konfederazzjoni | CONMEBOL (L-Amerika t'Isfel) | ||
Kowċ | Tite | ||
Kaptan | Thiago Silva | ||
Rekord ta' preżenzi | Cafu (142) | ||
Rekord ta' gowls | Pelé (77) | ||
Kodiċi tal-FIFA | BRA | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 2 | ||
L-ogħla | 1 | ||
L-inqas | 22 | ||
L-ewwel logħba | |||
Arġentina 3–0 Brażil (Buenos Aires, Arġentina; 20 ta' Settembru 1914) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Brażil 14–0 Bolivja (São Paulo, Brażil; 10 ta' April 1949) Brażil 9–0 Kolombja (Lima, Perù; 24 ta' Marzu 1957) | |||
L-ikbar telfa | |||
Urugwaj 6–0 Brażil (Viña del Mar, Ċili; 18 ta' Settembru 1920) Ġermanja 7–1 Brażil (Belo Horizonte, Brażil; 8 ta' Lulju 2014) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 21 (l-ewwel fl-1930) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (1958, 1962, 1970, 1994, 2002) | ||
Copa América | |||
Preżenzi | 37 (l-ewwel fl-1916) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (1919, 1922, 1949, 1989, 1997, 1999, 2004, 2007, 2019) | ||
Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-FIFA | |||
Preżenzi | 7 (l-ewwel fl-1997) | ||
L-aqwa riżultat | Rebbieħa (1997, 2005, 2009, 2013) |
Il-Brażil huwa l-aktar pajjiħ titolat fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, b'ħames titli: 1958, 1962, 1970, 1994 u 2002. Fost tit-titli mirbuħa hemm ukoll tmien suċċessi fil-Copa America u erba' fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Dan il-pajjiż huwa l-uniku tim nazzjonali li lagħab f'kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja mingħajr qatt ma tilef waħda.[1]
Ħafna kummentaturi distinti jikkunsidraw lit-tim Brażiljan tal-1970 bħala l-aqwa tim fl-istorja, għalkemm ħafna jargumentaw l-istess ħaġa għal timijiet oħra, fosthom it-tim Brażiljan tal-1958 u tal-1962.[2][3][4]
Attwalment, fil-klassifika dinjija tal-FIFA, huma jinsabu fit-3 post. Il-Brażil huwa l-uniku tim li rebaħ it-Tazza tad-Dinja f'erba' kontinenti differenti: darba fl-Ewropa (Żvezja 1958), darba fl-Amerika t'Isfel (Ċili 1962), darbtejn fl-Amerika ta' Fuq (Messiku 1970 u Stati Uniti 1994) u darba fl-Asja (Korea/Ġappun 2002). Flimkien ma' Spanja jaqsum ir-rekord ta' 35 logħba konsekuttiva mingħajr telfa.[5]