Subak
sistema ta' ġestjoni tal-ilma (irrigazzjoni) li tintuża f'Bali, l-Indoneżja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-subak hija s-sistema ta' ġestjoni tal-ilma (irrigazzjoni jew tisqija) għall-għelieqi tar-ross fil-gżira ta' Bali, l-Indoneżja. Ġiet żviluppata fis-seklu 9 W.K. Għaċ-ċittadini ta' Bali, l-irrigazzjoni mhux biss sistema li tipprovdi l-ilma għall-għeruq tal-pjanti. L-ilma jintuża wkoll għall-kostruzzjoni ta' ekosistema artifiċjali mtarrġa kumplessa.[1] Is-sistema tikkonsisti minn ħames għelieqi mtarrġa tar-ross u tempji tal-ilma li jkopru kważi 20,000 ettaru (49,000 akru). It-tempji huma l-qofol ta' din is-sistema kooperattiva tal-ġestjoni tal-ilma magħrufa bħala s-subak. Fl-2012, is-sistema tas-subak fil-pajsaġġ kulturali tal-provinċja ta' Bali ġiet imniżżla fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala manifestazzjoni tal-filosofija tat-Tri Hita Karana.[2]