From Wikipedia, the free encyclopedia
San Ġiljan hija belt fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta. Fl-2020, in-numru rreġistrat ta’ abitanti kien ta’ 13,792[1]. Din il-belt tinsab tul il-kosta, fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-pajjiż, il-Belt Valletta. San Ġiljan huwa magħruf għal negozji orjentati lejn it-turiżmu, bħal lukandi, ristoranti u diskoteki li huma ċċentrati l-aktar f’żona magħrufa bħala Paceville.
San Ġiljan | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Eastern Region (Lvant) (en) | ||
Isem uffiċjali | San Ġiljan | ||
Ismijiet oriġinali | San Ġiljan | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35.9186°N 14.49°E | ||
Superfiċjenti | 1.6 kilometru kwadru | ||
Għoli | 0 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 10,232 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
lc.gov.mt… |
Il-belt hija msemmija għall-qaddis patrun tagħha; San Ġiljan li hu magħruf bħala Giljan l-Ospetalier [2]u Ġiljan tal-Foqra fejn hu wkoll l-Patrun tal-kaċċaturi[3]. Qabel ir-riforma fil-Kalendarju tal-Qaddisin, il-festa ta San Ġiljan kienet tigi ċċelebrata fis-27 ta Jannar. Illum il-ġurnata tiġi ċċelebrata fit-12 ta’ Frar, għalkemm f’Malta tiġi ċċelebrata festa oħra, fl-ispirtu tal-ħafna festi tas-sajf madwar il-gżira, fl-aħħar Ħadd ta’ Awwissu.[4]
Kompetizzjoni partikolari ħafna konnessa mal-festa tar-raħal hija magħrufa bħala il-Ġostra.[5] Din it tradizzjoni kompetittiva tinvolvi li l-parteċipanti jitilgħu u jimxu kemm jista’ jkun tul arblu mimli xaħam imżerżaq li jiġi sospiż fuq il-baħar. Ir-rebbieħ huwa l-persuna li jaħtaf waħda mit-tliet bandieri mit-tarf ta' l-arblu. Kull bandiera tirrappreżenta premijiet diversi. [6]
Tradizzjoni oħra marbuta mal-festa ta’ din il-lokalità hija l-Musketterija. Sa mill-1982, Kaċċaturi zammew it-tradizzjoni billi jisparaw kartocci vojta mimlija bil-trab iswed mil-bejt tal-knisja parrokkjali hekk kif l-istatwa tal-qaddis patrun toħroġ mill-knisja. Ħafna jgħidu li din it-tradizzjoni hija konformi ma' l-istorja tal-lokalità li kienet tkun isservi bhala post tal-kaċċa għall-Kavallieri ta’ Malta.[6]
Il-belt hija maqsuma f’diversi zoni li huma Paceville, Ta’ Ġiorni, Tal-Għoqod u St. Andrews. Hemm ukoll zoni li jiehdu isimhom mill-bajjiet li ghandhom bhal Bajja ta’ San Ġorġ, il-Bajja ta’ Spinola, il-Bajja ta’ Balluta u l-Qaliet. San Ġiljan huwa mfittex hafna mit-turisti speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Huwa wkoll wkoll post poloari mal-Maltin.
Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-Palazz Spinola u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. Il-bajja ta’ Spinola kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom kif ukoll bdiewa li kienu jahdmu l-ghelieqi tal-post. Din il-belt rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma jaqaw biex jinbnew blokki ta’ appartamenti.
Fl-2020 gew organizzati protesti minn abitanti tal-lokalita, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jwaqqfu l-izvilupp ta' pont ghad-Dghajjes tat-turisti fil-Bajja ta’ Balluta.[7]
It-Torri ta' Portomaso, huwa l-ghola bini ta’ Malta b’għoli ta’ 97.54 metru u jinsab f’San Ġiljan.[8]
L-aktar evidenza bikrija tal-Knisja ta' San Giljan hija dokumentata fiż-żjara pastorali tal-Isqof Tommaso Gargallo fl-1601, li jgħid li nbniet fl-1580 u kienet iddedikata lil San Ġiljan. Fl-1736, meta Monsinjur Alpheran de Bussan reġa’ żar San Ġiljan, huwa nnota li l-lokalità kienet diġà magħrufa bħala Portus Sancti Juliani, jiġifieri wara l-qaddis patrun. Fl-1854, il-600 resident ta San Ġiljan appellaw lill-awtorità tal-knisja, sabiex issir parroċċa. Il-kapitolu f’Birkirkara pprotesta b’mod qawwi kontra din l-applikazzjoni u din ġiet miċħuda. L-applikazzjoni giet accettata fl-1891 u Dun Guzepp Scerri sar l-ewwel kappillan tal-parroċċa. [9]
Il-knisja parrokkjali preżenti kienet iddisinjata mill-arkitett Malti Arturo Zammit u l-ewwel ġebla tqeghdet fl-1961. Il-Knisja ntużat għall-ewwel darba fl-1968 meta kienet għadha ma nbnietx kompletament.[10] Il-Knisja laqgħet lill-Papa San Ġwann Pawlu II fl-ewwel żjara tiegħu f’Malta fis-27 ta’ Mejju, 1990.[11]
Il-Kappella maghrufa bhala Millenium Chapel giet mfassla mill-perit Malti Richard England u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ Paceville.[12] Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn Fr Hilary Tagliaferro, din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.[13]
Minħabba l-biża’ ta’ attakki mill-Musulmani, iż-żona Kostali tat-Tramuntana giet zviluppata wara l-1565. Il-bini tal-Palazz Spinola, fl-1688, jista' jitqies bħala l-ewwel l-pass fir-restawr ta’ San Ġiljan. Il-palazz, flimkien mal-ġonna tal-madwar inbnewt minn Fra Paola Raffaele Spinola għall-divertiment pubbliku kif iddikjarat fl-iskrizzjoni li wieħed isib fuq l-entratura. Il-palazz kien imkabbar fl-1733 permezz ta’ Fra Giovanni Battista Spinola, suċċessur taz-ziju tiegħu bħala rettur u Kuratur tal-Abbazia.[14] Matul l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta fl-1798, San Ġiljan kien l-ewwel belt f’Malta li ntrebah minn truppi Franċiżi. Fil-fatt kien Ġeneral Claude Henri Vaubois li mexxa l-forzi Franċiżi fis-bajja Spinola.
Waħda minn -batteriji nbniet fid-daħla tal-Bajja ta' San Ġiljan u ssemmiet Spinola Battery . Din inbniet fi żmien il-Gvernatur Smyth fis-sena 1890. Kienet ġiet tiswa s-somma ta' 5000 lira. Il-Gvern Kolonjali Ingliz kien ħaseb biex din il-batterija tkun difiża minn erba' kanuni. Dawn kollha kienu jħarsu lejn il-baħar u bejniethom kellhom il-ħarsien tal-medda baħar faċċata tal-Bajja ta' San Ġiljan. Meta t-theddida t' invażjoni fuq Malta ma baqgħetx biss minn fuq il-baħar u saret iktar theddida mill-ajru, din il-batterija kienet modifikata biex inbidlet f'anti-aircraft battery. Din kienet waħda mir-raġunijiet li din il-batterija kienet attakkata ta' sikwit matul it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienet ġarrbet ħsarat kbar.[15]
Meta l-iżvilupp fl-inħawi ta' San Ġiljan u Paceville beda jikber ġmielu, viċin tal-Batterija ta' Spinola kienet inbniet lukanda. Maż-żmien, din il-lukanda twaqqgħet biex minflokha nbena ċentru turistiku lussuż ħafna magħruf bħala Portomaso. Il-fdalijiet li kien fadal minn din il-batterija ġew inkorporati f' dan il-kumpless turistiku bħala attrazzjoni.[16]
Il-Kunsill Lokali tal-present jikkonsisti minn:[17]
Albert Buttigieg (Sindku)
Clayton Luke Mula (Vici-Sindku)
John Agius
Patricia Camilleri
Guido Dalli
Rita Dimech Portelli
Adrian Dominic Ellul
Sean Gauci
Martin John Sultan
Paul Spiteri (Segretarju Ezekuttiv)
It-tim tal-futbol li jassocja mieghu San Ġiljan hu Melita F.C. L-ghola unur li hadu fil-futbol Malti kienet r-rebħa tagħhom fuq il-ġirien tas-Sliema Wanderers fil-finali tat-Tazza Maltija fl-1939. F’dawn l-aħħar snin, Melita F.C ikkompetew ukoll fil-Premier League u llum jikkompetu fit-tieni divizzjoni tal-futbol Malti.
Waterpolo huwa l-isport li jigbed l-aktar nies lejn din il-belt. Neptunes WPSC, it-tim lokali ta’ Waterpolo ilu fil-quċċata tal-Waterpolo league Malti minn mindu twaqqaf fl-1929. Huma rebhu il-League tal-Waterpolo ghal 25 darba fost hafna titli ohra. Il-klabb igawdi faċilitajiet ta’ taħriġ mgħammra b'mod professjonali li jinsabu fuq quddiem tax-xtajta[18]. Fil-qrib insibu wkoll lil San Giljan A.S.C, team iehor b'sahhtu tal-Waterpolo lokali li gawda minn rebhiet konsekuttivi ta’ titlu kif ukoll rebbieħa tal-kampjonat fl-2015. [19]
Squash huwa wkoll sport komuni li jilagħbu f’San Ġiljan.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.