Ġiljan l-Ospitalier
From Wikipedia, the free encyclopedia
San Ġiljan l-Ospitalier huwa qaddis tal-Knisja Kattolika.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ġiljan l-Ospitalier | |
---|---|
San Ġiljan mill-affresk ta' Domenico Ghirlandaio | |
Ħajja | |
Twelid | Le Mans (en) , 7 century |
Mewt | 1 millennium |
Okkupazzjoni | |
Festa | |
12 ta' Frar |
Ħafna studjużi tal-ħajjiet tal-qaddisin huma tal-fehma li dak li nafu dwar San Ġiljan l-Ospitalier huwa għal kollox leġġendarju. Uħud jaħsbu li twieled fi Franza, f’Le Mans. Oħrajn jgħidu li twieled f’Ath fil-Belġju, għall-ħabta ta’ nofs is-seklu 7 wK[1] U oħrajn ħasbu li ġie minn Napli. L-iktar ħaġa magħrufa fuq dan il-qaddis hija li qatel lill-ġenituri tiegħu. Tant li għandna qawl jew espressjoni Maltija li tgħid hekk: ‘San Ġiljan qatel ’l ommu u lil missieru u sar qaddis!’. Jingħad li dan għamlu bi żball, u li meta ntebaħ mar Ruma biex jinħafirlu dnubu. Għal dan il-għan jingħad ukoll li bena sptar għall-pellegrini fuq ix-xtut tax-xmara Gardon, fi Provenza, jew forsi fl-inħawi ta’ Isola qrib ix-xmara Potenza, ħdejn Macerata.