Philippi
belt antika fil-Lvant tal-Maċedonja, fir-reġjun ta' Edonis, il-Greċja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Philippi jew Filippi (pronunzja: /fɪˈlɪpaɪ, ˈfɪləˌpaɪ/; bil-Grieg: Φίλιπποι, Phílippoi) kienet belt Griega ewlenija fil-Majjistral tal-gżira ta' Thasos fil-qrib. L-isem oriġinali tagħha kien Crenides (bil-Grieg: Κρηνῖδες, Krēnĩdes li tfisser "Funtani")[1] wara li ġiet stabbilita mill-kolonjalisti ta' Thasos fit-360/359 Q.K. Il-belt ingħatat l-isem attwali minn Filippu II tal-Maċedonja fit-356 Q.K. u ġiet abbandunata fis-seklu 14 wara l-ħakma tal-Ottomani. Il-villaġġ attwali ta' Filippoi jinsab qrib il-fdalijiet tal-belt antika u huwa parti mir-reġjun tal-Lvant tal-Maċedonja u tat-Traċja f'Kavala, il-Greċja. Is-sit arkeoloġiku tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2016 minħabba l-arkitettura Rumana eċċezzjonali tiegħu, il-konfigurazzjoni urbana tiegħu bħala riflessjoni iżgħar ta' Ruma stess, u l-importanza tiegħu fil-Kristjaneżmu bikri.[2]