![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/8/81/Las_Ca%25C3%25B1adas_del_Teide_%252825579905815%2529.jpg/640px-Las_Ca%25C3%25B1adas_del_Teide_%252825579905815%2529.jpg&w=640&q=50)
Park Nazzjonali ta' Teide
park nazzjonali f'Tenerife, il-Gżejjer Kanarji, Spanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Park Nazzjonali ta' Teide (bl-Ispanjol: Parque nacional del Teide, pronunzjata [ˈpaɾke naθjoˈnal de ˈtejðe]) huwa park nazzjonali li jinsab f'Tenerife, il-Gżejjer Kanarji, Spanja.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/8/81/Las_Ca%C3%B1adas_del_Teide_%2825579905815%29.jpg/640px-Las_Ca%C3%B1adas_del_Teide_%2825579905815%29.jpg)
Il-park nazzjonali huwa ċċentrat fuq il-vulkan Teide, l-ogħla muntanja ta' Spanja (għolja 3,718 metru) kif ukoll l-ogħla vulkan fil-gżejjer tal-Oċean Atlantiku u t-tielet l-ogħla vulkan fid-dinja mill-bażi tiegħu fil-qiegħ tal-oċean (għoli 7,500 metru). Pico Viejo, inkluż ukoll fil-limiti tal-park nazzjonali, huwa t-tieni l-ogħla vulkan fil-Gżejjer Kanarji b'quċċata ta' 3,135 metru. Il-vulkani Teide u Pico Viejo huma l-unika żewġ qċaċet fil-Gżejjer Kanarji li jaqbżu l-livell ta' 3,000 metru.
Il-park għandu erja ta' 18,990 ettaru u jinsab fil-muniċipalità ta' La Orotava. Sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-28 ta' Ġunju 2007.[1] Mill-aħħar tal-2007, ġie meqjus bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja. Fuq irdum, fil-Lvant ta' Teide, hemm it-teleskopji tal-Osservatorju ta' Teide.
Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa l-iżjed park nazzjonali viżitat fi Spanja u sal-2015 kien it-tmien l-iktar wieħed li żaruh nies fid-dinja[2], b'madwar tliet miljun viżitatur fis-sena. Fl-2016, żaruh 4,079,823 viżitatur u turist, li kien rekord storiku li qatt ma ntlaħaq qabel.[3][4]
Kuljum, filgħodu u filgħaxija, jiġu organizzati mawriet fil-park nazzjonali bil-karozzi tal-linja, u jitilqu minn diversi żoni fin-Nofsinhar tal-irħula turistiċi ta' Tenerife. L-aċċess sal-quċċata jirrikjedi permess b'xejn li jeħtieġ jiġi rriżervat bil-quddiem.[5]