From Wikipedia, the free encyclopedia
Paramurexia huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament id-Dasjur tal-istrixxi wiesgħajn, għalkemm huwa magħruf ukoll bl-isem ta' far marsupjal tal-istrixxi wisgħin), tal-kontinent tal-Awstralja.
Paramurexia | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Ġeneru: | Paramurexia |
Speċi: | P. rothschildi |
Isem binominali | |
Paramurexia rothschildi (Tate, 1938) | |
Firxa tal-Paramurexia rothschildi |
Dan il-ġeneru qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra.
Il-ġeneru Paramurexia huwa wieħed monotipiku u b'hekk jiġbor fih speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru kienet ikklassifikata fil-ġeneru Murexia għal żmien twil ma' speċi oħra, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li hija distinta jew differenti biżżejjed biex tkun separata u riklassifikata f'ġeneru għaliha waħidha).
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.