![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/9/91/Woolly_opossum.jpg/640px-Woolly_opossum.jpg&w=640&q=50)
Opossum sufi
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-opossum sufi (Caluromys) jista' jkun wieħed minn 3 speċi ta' opossumi magħrufin xjentifikament bħala Caluromys sp. (l-ispeċi fil-ġeneru Caluromys). Dawn huma mammiferi marsupjali tas-sottofamilja Caluromyinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinenti Amerikani u huma mifruxin minn Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' fuq, san-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Opossum sufi | |
---|---|
![]() | |
Caluromys b'ferħ | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | * Caluromys derbianus |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Caluromyinae (Kirsch, 1977) |
Ġeneru: | Caluromys (J.A. Allen, 1900) |
Dawn l-speċi ta' opossumi , ġeneralment jippreferu jgħixu f'abitat ta' foresti subtropikali jew tropikali xotti, kemm dawk dejjem ħodor kif ukoll dawk li jwaqqgħu l-weraq u foresti umdi.
L-Opossumi sufin kollha tal-ġeneru Caluromys, huma marsupjali strettament tas-siġar, għandhom il-kwozjent tal-enċefalizazjoni (il-massa ċelebrali mqabbla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata ogħla minn dik tal-opossumi l-oħra, boton iżgħar u denb twil u tqil ħafna f'aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.