![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/d/da/TabulaNuceria.jpg/640px-TabulaNuceria.jpg&w=640&q=50)
Oplontis
insedjament uman fin-Nofsinhar tal-Italja, attwalment sit arkeoloġiku f'Torre Annunziata / From Wikipedia, the free encyclopedia
Oplontis huwa sit arkeoloġiku antik ta' żmien ir-Rumani li jinsab fir-raħal ta' Torre Annunziata, fin-Nofsinhar ta' Napli fir-reġjun ta' Campania fin-Nofsinhar tal-Italja.[1] L-iskavi tas-sit żvelaw żewġ vilel Rumani; l-iktar waħda magħrufa hija l-Villa A, l-hekk imsejħa Villa Poppaea.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/d/da/TabulaNuceria.jpg/640px-TabulaNuceria.jpg)
Bl-istess mod bħall-irħula fil-qrib ta' Pompej u Ercolano, Oplontis indifen taħt l-irmied wara li żbroffa l-vulkan tal-Vesuvju fid-79 W.K.[2] Madankollu, il-qawwa tal-attività vulkanika kienet saħansitra ferm ikbar milli f'dawn l-irħula għaliex mhux biss ikkrollaw is-soqfa, iżda anke l-ħitan u l-kolonni tkissru u ġġarrfu laġenba.[3]