L-aqdes moskea fl-Iżlam li tinsab fil-Mekka, l-Għarbija Sawdija From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Misġed il-Ħram (Għarbi: ٱَلْمَسْجِدُ ٱلْحَرَامُ, rum. al-Masġid al-Ħarām, "Il-Moskea s-Sagra"),[1] magħruf ukoll bħala l-Moskea s-Sagra jew il-Moskea l-Kbira tal-Mekka,[2] huwa moskea li tagħlaq il-viċinanza tal-Kagħba fil-Mekka, fil-Provinċja tal-Mekka tal-Għarbija Sawdija. Huwa fost is-siti tal-pellegrinaġġ assoċjati bil-Ħaġġ, li kull Mislem għandu jwettaq mill-inqas darba f'ħajtu jekk jista'. Huwa wkoll is-sit ewlieni għall-eżekuzzjoni tal-Għomra, il-pellegrinaġġ iżgħar li jista' jsir f'kull żmien tas-sena. Ir-riti taż-żewġ pellegrinaġġi jinkludu tawaf (ċirkumambulazzjoni tal-Kagħba) ġewwa l-moskea. Il-Misġed il-Ħram jinkludi siti sinifikanti oħra importanti, bħall-Ħaġar l-Iswed, il-Bir Żamżam, il-Maqam ta' Ibrahim, u l-iġbla s-Safa u l-Marwa.
Mill-2024, il-Moskea s-Sagra hija kemm l-akbar moskea fid-dinja, kif ukoll l-aktar bini għali fid-dinja. Matul is-snin għaddiet minn rinnovamenti u espansjonijiet kbar.[3] Għaddiet mill-kontroll ta' diversi kalifi, slaten u rejiet, u issa tinsab taħt il-kontroll tar-Re tal-Għarbija Sawdija li huwa msejjaħ il-Ħaddiem il-Ħramejn (il-Kustodju taż-Żewġ Moskej Sagri).[4]
Il-Moskea s-Sagra tikkompeti mal-Misġed is-Sħieb (il-Moskea s-Sħieb [ta' Muħammad]) fil-belt Eritrea tal-Massawa[5] u l-Misġed il-Quba fil-Medina bħala l-eqdem moskea.[6] Skont it-tradizzjoni Iżlamika, l-Islam bħala reliġjon jippreċedi lil Muħammad,[7][8][9] li jirrappreżentaw profeti preċedenti bħal Abraham.[10] Abraham huwa kkreditat mill-Misilmin li bena l-Kagħba fil-Mekka, u konsegwentement is-santwarju tagħha, li skont il-Misilmin hija meqjusa bħala l-ewwel moskea[11] li qatt eżista.[12][13][14] Skont studjużi oħra, l-Islam beda matul il-ħajja ta’ Muħammad fis-7 seklu WK,[15] u l-istess għamlu komponenti arkitettoniċi bħall-moskea. F'dak il-każ, jew il-Misġed is-Sħieb[5] jew il-Misġed il-Quba jkun l-ewwel moskea li nbniet fl-istorja tal-Islam.[11]
Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Ħaġġu Għomra.
Il-Moskea s-Sagra hija l-ambjent ewlieni għall-pellegrinaġġi tal-Ħaġġ u l-Għomra[16] li jseħħu fix-xahar id-Du l-Ħiġġa fil-kalendarju Iżlamiku u fi kwalunkwe żmien tas-sena, rispettivament. Il-Ħaġġ huwa wieħed mill-Ħames Pilastri tal-Islam, meħtieġ mill-Misilmin kollhom kapaċi li jifilħu l-vjaġġ. Fi żminijiet riċenti, aktar minn 5 miljun Misilmin jagħmlu l-Ħaġġ kull sena.[17]
Il-Kagħba hija binija b'forma ta' kubojde fiċ-ċentru l-Misġed il-Ħram u l-aktar sit sagru fl-Islam.[18] Hija l-punt fokali għar-ritwali Iżlamiċi bħat-talb u l-pellegrinaġġ.[18][19][20]
Il-Ħaġar l-Iswed huwa l-ħaġra fir-rokna fil-lvant tal-Kagħba u għandha rwol fil-pellegrinaġġ.[21][16] L-isemha hija 'ħaġar' billi fl-Għarbi ħaġar ifisser "ħaġra" bil-Malti, iżda l-isem 'il-Ħaġret is-Sewda' huwa aċċettabbli wkoll għax il-ħaġra kienet tkun f'biċċa waħda qabel maqsuma f'ħafna biċċiet.[22]
Il-Maqam ta' Ibrahim huwa blata li allegatament għandha impronta ta’ sieq Abraham u tinżamm f’koppla tal-kristall ħdejn il-Kagħba.[23]
Is-Safa u l-Marwa huma żewġ iġbla li bejniethom ġriet il-mart Abraham, Ħagar, tfittex l-ilma għal binha tarbija Ismael, ġrajja li hija mfakkar fis-sagħi (Għarbi: سَعِي, "mixi" jew "isforz") ritwali tal-pellegrinaġġ.
Il-Bir Żamżam huwa s-sors tal-ilma li, skont it-tradizzjoni, ħareġ b’mod mirakoluż wara li Ħagar ma setax isib l-ilma bejn is-Safa u l-Marwa.
Fil-qrib hemm Librerija tal-Mekka l-Imkarrma. Peress li huwa maħsub li joqgħod fuq l-imkien fejn twieled Muħammad, huwa magħruf ukoll bħala Bejt il-Mewlid (Dar l-Imwieled tan-Nabi Muħammad).[24][25]
Il-Kagħba
Il-Ħaġra l-Iswed
Il-koppla mill-kristall għall-Maqam Ibrahim.
Il-Ġebel Marwa ġewwa l-moskea.
Il-Ġebel Safa ġewwa l-moskea.
Il-Bir Żamżam li jinsab taħt l-art (entratura issa koperta).
Kocak, Kerim (2023). "FEATURES OF THE HAJAR AL‐ASWAD, BLACK STONE OF MAKKAH, SAUDI ARABIA". Konya Journal of Engineering Sciences (bl-Ingliż). Konya, Turkija: Konya Technical University, Engineering and Natural Science Faculty, Geological Engineering Department. 11: 601–609. doi:10.36306/konjes.1244222. ISSN2667-8055. Miġbur 2024-9-5. However, the stone suffered from considerable damage over with time; cracked, repaired, stolen and even burnt: The stone was broken into three pieces by a fire during the Umayyad Caliphateʹs siege of Makkah in 683 [3]. From Bahrain, Qarmatian warriors led by
Abu Tahir al‐Qarmati stole the Hajar al‐Aswad in 930, kept it in all Hasa, (Medieval Bahrainn) and restored to its original location after twenty‐three years, which induce breaking the stone into seven pieces [4]. The Kaaba was burned at an early date, and the stone may have broken into three pieces. The stone included 15 pieces in 1825 [al-Kurdi, 1875; in [5]] (Figure 7). Therefore, the missing pieces can be covered with cement from previous restorations, or they might be lost.line feed character f'|kwotazzjoni= f'pożizzjoni 260 (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: data u sena (link)